Adattament għat-tibdil fil-klima

It-tibdil fil-klima, varjazzjoni sinjifikanti tal-kundizzjonijiet medji tat-temp matul għexieren ta’ snin, jirrappreżenta sfida kbira umana u globali. Filwaqt li jistgħu jittieħdu ċerti azzjonijiet biex itaffu t-tibdil fil-klima (biex tiġi evitata u mnaqqsa l-emissjoni ta’ gassijiet serra, li twassal għal tisħin globali), jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet oħra għall-adattament għat-tibdil fil-klima.

L-adattament għat-tibdil fil-klima jinvolvi t-tibdil fl-imġiba tagħna u l-modi kif nagħmlu l-affarijiet biex inħejju ruħna għall-inevitabbli, sabiex inkunu nistgħu nipproteġu lilna nfusna, l-ambjent u l-ekonomija mill-impatti tat-tibdil fil-klima.

Fi Frar 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat strateġija tal-UE għall-adattament tal-klima. Din għandha l-għan li tikkumplimenta l-azzjonijiet varji meħuda mill-UE biex ittaffi t-tibdil fil-klima billi tiddefinixxi strateġija biex tadatta għall-effetti tat-tibdil fil-klima. Hija tfittex ukoll li tgħin biex tagħmel lill-UE mhux biss newtrali fil-klima (b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti żero) iżda wkoll reżiljenti għall-klima sal-2050.

L-istrateġija għandha l-erba’ għanijiet ewlenin li ġejjin.

Il-glossarju tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima mill-2018 jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin.

ARA WKOLL