Baġit tal-Unjoni Ewropea tal-2024

 

SOMMARJU TA’:

Adozzjoni Definittiva (UE, Euratom) 2024/207 tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024

X’INHU L-GĦAN TAL-ATT?

Huwa t-test maqbul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jadotta l-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-2024.

Dan huwa stabbilit għal €189.4 biljun f’impenji* ta’ nfiq u €142.7 biljun f’pagamenti* krediti.

PUNTI EWLENIN

Il-baġit jimmobilizza fondi pubbliċi sinifikanti biex jassikura finanzjament matul is-sena kollha għall-prijoritajiet primarji tal-UE:

L-oqsma ewlenin tan-nefqa huma dawn li ġejjin.

 

Impenji (€ miljun)

Ħlasijiet (€ miljun)

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali

21,493.4

20,828.0

Koeżjoni, reżiljenza u valuri
  • Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
  • Reżiljenza u valuri
74,560.7
  • 64,665.2
  • 9,895.5
33,716.0
  • 24,155.7
  • 9,560.3
Riżorsi naturali u l-ambjent
  • Nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti
57,388.6
  • 40,517.3
54,151.4
  • 40,505.5

Il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri

3,892.7

3,249.0

Is-sigurtà u d-difiża

2,321.2

2,035.4

Il-viċinat u d-dinja

16,230.0

15,291.2

Amministrazzjoni pubblika Ewropea

11,988.0

11,988.0

Strumenti speċjali tematiċi biex jippermettu lill-UE timmobilizza l-fondi meħtieġa biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti

2,221.7

1,734.5

Approprjazzjonijiet totali

189,385.4

142,630.3

Il-baġit jidentifika l-impenji ta’ prijorità speċifiċi li ġejjin.

MINN META JAPPLIKA L-BAĠIT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

SFOND

Il-baġit tal-2024 huwa r-raba’ wieħed taħt il-baġit fit-tul għall-2021–2027 (il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093), li se jipprovdi €1,074 triljun ta finanzjament tal-UE matul 7 snin.

Il-baġit hu kkumplimentat mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru NextGenerationEU biex jgħin lill-UE tirkupra mill-pandemija COVID-19.

Il-Kummissjoni Ewropea, waqt li tat merħba lill-approvazzjoni tal-baġit 2024 f’Novembru 2023, enfasizzat il-bżonn li tirrevedi l-limiti ta’ nfiq tal-qafas finanzjarju pluriennali biex tassikura li l-UE jkollha biżżejjed fondi biex tgħin lil Ukrajna tiddefendi ruħha kontra l-aggressjoni Russa u biex tindirizza pressjonijiet migratorji, diżastri naturali, u kompetizzjoni globali f’teknoloġiji ewlenin.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Impenji. Wegħdiet vinkolanti legalment biex jintefqu flus fuq attivitajiet li huma impenjati tul bosta snin.
Pagamenti. Nefqa li tirriżulta minn impenji li jkunu saru matul is-snin kurrenti jew preċedenti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2024/207 tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (ĠU L 2024/207, 22.2.2024).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, pp. 7–25).

Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz ta’ akkwist komuni (EDIRPA)(ĠU L., 2023/2418 26.10.2023).

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Pjan ta azzjoni dwar il-mobilità militari 2.0 (JOIN(2022) 48 final, 10.11.2022).

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, pp. 38–81).

Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 1–47).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/1147 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 48–93).

Ir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond tas-Sigurtà Interna (ĠU L 251, 15.7.2021, pp. 94–131).

Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1–49).

Ir-Regolament (UE) 2021/1058tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, pp. 60–93).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, pp. 1–78).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, pp. 1–33).

Ir-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (ĠU L 189, 28.5.2021, pp. 34–60).

Ir-Regolament (UE) 2021/783tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (ĠUL 172, 17.5.2021, pp. 53–78).

Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, pp. 1–34).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u Innovazzjoni, li jistipula r-regoli tiegħu għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, pp. 1–68).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, pp. 69–148).

Ir-Regolament (UE) 2021/697tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropee għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149–177).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, pp. 1–47).

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (“il-Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014(ĠU L 107, 26.3.2021, pp. 1-29).

Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, pp. 30–89).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, pp. 17–75).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 11-22).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23–27).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final, 11.12.2019).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal- 20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, pp. 1–6).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.07.2024