Ir-regolament, magħruf ukoll bħala l-Att dwar id-Data, jindirizza numru ta’ sfidi u opportunitajiet ppreżentati minn data1 fl-Unjoni Ewropea (UE), u li tenfasizza aċċess ġust u d-drittijiet tal-utent, waqt li tassikura li d-data personali tibqa’ protetta. L-għanijiet tiegħu jinkludu:
il-garanzija ta’ distribuzzjoni ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw minn data fost partijiet ikkonċernati;
l-istimulazzjoni tas-suq kompetittiv tad-data;
il-ftuħ ta’ opportunitajiet għal innovazzjoni mmexxija minn data; u
li jkun hemm data, b’mod partikolari data ġġenerata minn prodotti konnessi, aktar aċċessibbli.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament jassikura ġustizzja fl-allokazzjoni tal-valur tad-data fost il-partijiet ikkonċernati fl-ekonomija tad-data. Hu jiċċara min jista’ juża liema data u taħt liema kundizzjonijiet.
Għal dan il-għan, hu jinkludi miżuri li jippermettu lil utenti ta’ prodotti konnessi, minn smartphones u apparati elettrodomestiċi intelliġenti għal magna industrjali intelliġenti, li jkollhom aċċess għad-data ġġenerata bl-użu tagħhom. Barra minn dan, hu jinkludi miżuri biex iżidu ċ-ċertezza ġuridika fir-rigward ta’ aċċess u użu tad-data, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ prodotti konnessi bħal:
regoli ċari dwar l-użu permissibbli ta’ data u l-kundizzjonijiet li japplikaw;
inċentivi kontinwi għal detenturi ta’ data biex jinvestu fil-ġenerazzjoni tad-data ta’ kwalità għolja;
regoli li jiffaċilitaw it-trasferiment bla problemi ta’ data ta’ valur bejn detenturi ta’ data u utenti ta’ data waqt li jżommu l-kunfidenzjalità;
inċentivi li jħeġġu aktar individwi u entitajiet, ikun li jkun id-daqs tagħhom, biex jipparteċipaw fl-ekonomija tad-data;
regoli dwar id-drittijiet ta’ utenti biex jaqsmu d-data ma partijiet terzi;
regoli dwar il-protezzjoni tas-sigrieti tal-mestier u drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’salvagwardji kontra mġiba abbużiva; u
sistema ta’ kumpens raġunevoli biex jagħmlu d-data disponibbli u mekkaniżmu għal riżoluzzjoni ta’ tilwimiet.
Miżuri oħra jinkludu dawn li ġejjin:
Mitigazzjoni tal-abbuż ta’ kuntratti mhux ġusti li jimpedixxu l-ixxerjar ekwu ta’ data. Dan jinvolvi:
salvagwardar tal-intrapriżi minn termini kuntrattwali mhux ġusti imposti minn partijiet f’pożizzjonijiet aktar b’saħħithom tas-suq; u
l-iżvilupp ta’ lingwaġġ ta’ kuntratt mudell biex jgħin lil parteċipanti fis-suq jabbozzaw u jinnegozjaw kuntratti ta’ xxerjar ta’ data li huma ġusti.
Abilitazzjoni ta’ korpi fis-settur pubbliku biex jaċċessajw u jużaw ċerta data miżmuma mis-settur privat, pereżempju biex jgħinhom fir-rispons tagħhom għal emerġenzi pubbliċi.
Faċilitar ta’ bdil bejn fornitur tas-servizz tal-ipproċessar tad-data biex iħollu s-suq cloud fl-UE, u l-irtirar gradwali ta’ tariffi għal bdil, li jikkontribwixxu għall-interoperabbiltà2 aktar effiċjenti tad-data.
Eżenzjoni tad-data miġbura permezz ta’ prodotti konnessi mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/9/KE, id-direttiva dwar il-bażi ta’ data.
Salvagwardja kontra aċċess mhux legali ta’ parti terza governattiva għal data mhux personali.
Dan ir-regolament ma jaffettwax attii legali tal-UE jew nazzjonali li jipprovdu għall-ixxerjar ta’ aċċess għal u użu tad-data għall-iskop ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, jew għal skopijiet ta’ dwana u tassazzjoni.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-regolament daħal fis-seħħ fil- u japplika mit-.
Data. Kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni, inkluż f’forma ta’ reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva.
Interoperabbiltà. Il-kapaċità ta’ żewġ jew aktar spazji tad-data jew networks, sistemi, prodotti konnessi, applikazzjonijiet, servizzi tal-ipproċessar tad-data jew komponenti tal-komunikazzjoni biex jiskambjaw u jużaw data sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data) (ĠU L., 2023/2854, ).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar Ordnijiet Ewropej ta’ Produzzjoni u Ordnijiet Ewropej ta’ Preservazzjoni għal evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja wara proċedimenti kriminali (ĠU L 191, , pp. 118–180).
Id-Direttiva (UE) 2023/1544 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat- li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta’ stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-fini ta’ ġbir ta’ evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali (ĠU L 191, , pp. 181–190).
Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar is-Servizzi Diġitali tas-Suq Uniku u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (L-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, , pp. 1–102).
Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (ĠU L 172, , pp. 79–109).
Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, , pp. 1–27).
Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2020/1828 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, , pp. 1–27).
Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropa (ĠU L 303, , pp. 59–68).
Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, , pp. 1–26).
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, , pp. 1–88).
Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, , pp. 1–18).
Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, , pp. 73–117).
Ir-Regolament (UE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, , pp. 30–47).