Liċenzji u ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru — rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2015/340 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-liċenzji u ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament jindirizza l-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (ATCOs).

Dan għandu l-għan li jassikura u jżomm livell għoli u uniformi ta’ sikurezza waqt li jiffaċilita l-mobbiltà ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru permezz tat-twaqqif ta’ standards ta’ taħriġ komuni, inkluż is-sostenn ta’ mezzi aċċettabbli ta’ konformità u materjal ta’ gwida, u r-rikonoxximent ta’ liċenzji fil-livell tal-UE. Dan jistabbilixxi wkoll qafas ċar għal organizzazzjonijiet ta’ taħriġ tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru (ATCO) u r-rikonoxximent taċ-ċertifikati tagħhom, flimkien mas-sinerġiji bżonnjużi għal eżaminaturi u ċentri ajrumediċi involuti fiċ-ċertifikazzjoni ta’ piloti u kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

L-aġġornamenti regolari jassikuraw alinjament kontinwu tal-iskema ta’ kwalifikazzjoni ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru bl-aħjar prattiċi rikonoxxuti fl-avjazzjoni u li tqis żviluppi teknoloġiċi u bidliet operattivi ġodda.

Ir-regolament jistabbilixxi serjè ta’ annessi, regoli dettaljati u proċeduri għal:

PUNTI EWLENIN

Applikazzjoni

Konformità

Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, istrutturi u assessuri li jipprovdu servizzi fl-UE imma li jkunu impjegati minn fornitur tas-servizz barra mill-UE huma meqjusa liċenzjati jekk:

Il-kompiti u funzjonijiet ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru mhux tal-UE ma jridux jeċċedu l-privileġġi tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż mhux tal-UE.

Il-privileġġi ta’ istruttur u assessur mhux tal-UE jridu jkunu speċifikati f’ċertifikat maħruġ minn pajjiż mhux tal-UE u jkun limitat għall-provvediment ta’ struzzjoni u assessjar għal organizzazzjonijiet ta’ taħriġ lokalizzati barra mill-UE.

Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru jinnomina jew jistabbilixxi tal-inqas awtorità kompetenti waħda b’responsabbiltà għal ċertifikazzjoni u sorveljanza. Dawn l-awtoritajiet jridu jkunu:

Revoka

Ir-regolament iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-30 ta’ Ġunju 2015.

SFOND

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, pp. 1–122).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/340 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1–122).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, pp. 1–66).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.06.2024