Fliexken bħala kontenituri tal-kejl

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 75/107/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-fliexken użati bħala kontenituri tal-kejl

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva tistabbilixxi standards komuni għall-manifattura u għall-ittestjar ta’ daqsijiet differenti ta’ fliexken li jintuzaw bħala kontenituri għall-kejl għal prodotti bħall-inbid jew likwidi oħra. Dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u użati fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tapplika għal fliexken magħmula mill-ħġieġ jew minn sustanza riġida u stabbli simili għall-plastik. Dawn jissejħu “fliexken kontenituri tal-kejl” meta:

Fliexken li jissodisfaw ir-rekwiziti teknici fl-annessi tal-legizlazzjoni:

L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ fliexken li jissodisfaw ir-rekwiżiti u t-testijiet kollha stabbiliti fid-direttiva.

L-awtoritajiet nazzjonali jivverifikaw li l-fliexken jikkonformaw mad-direttiva permezz ta’ teħid ta’ kampjuni fil-post tal-manifattura jew fl-impriza tal-importatur tagħhom.

MINN META JAPPLIKAW DAWN IR-REGOLI?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-20 ta’ Ġunju 1976. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mill-20 ta’ Ġunju 1976.

SFOND

Id-direttiva ġiet adottata fi żmien meta diversi Stati Membri kellhom leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-manifattura u l-ittestjar ta’ fliexken użati bħala kontenituri tal-kejl. Dawn kienu jvarjaw minn pajjiz għall-iehor, u kienu qed ifixklu l-kummerc transkonfinali. Standards volontarji komuni għelbu dawn l-ostakoli.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta’ Dicembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ fliexken użati bħala kontenituri tal-kejl (ĠUL 42, 15.2.1975, pp. 14-20).

l-aħħar aġġornament 11.11.2022