Qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 — l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bidla fl-użu tal-art u l-forestrija

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/841 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

Ir-Regolament (UE) 2023/839 li jemenda Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami.

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) 2018/841:

Ir-regolament kien emendat minn Regolament (UE) 2023/839 biex isaħħaħ il-kontribuzzjoni tas-settur għall-miri klimatiċi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament japplika għall-GHGs li ġejjin għal użu tal-art:

Impenji u miri

Ir-regolament jistabbilixxi numru ta’ impenji u miri għal kull Stat Membru. Dawn jinkludu:

Il-mira tal-2030 tal-UE għat-tneħħijiet netti tal-GHG fis-settur LULUCF hi stabbilita għal 310 miljun tunnellata ta’ CO2 ekwivalenti

Il-kontabbiltà

Ir-regolament jistabbilixxi regoli tal-kontabilità għall-perjodu 2021-2025. L-Istati Membri jeħtieġ li:

Wara l-2025, il-konformità ma’ miri nazzjonali tal-Istati Membri hi verifikata abbażi ta’ emissjonijiet u tneħħijiet irrappurtati tal-GHG.

Flessibbiltà

Biex tgħin lill-Istati Membri jiksbu l-miri tagħhom, ir-regolament jipprovdi firxa ta’ flessibilitajiet, li jinkludu dawn li ġejjin:

Konformità u regoli ta’ reġistru

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tistabbilixxi regoli fir-rigward tar-reġistru tal-UE. Hi ser tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi valuri annwali għall-emissjonijiet u tneħħijiet tal-GHG għal kull sena fil-perjodu ta’ mill-2026 sal-2029 stabbiliti abbażi ta’ trajettorja lineari li tispiċċa fuq il-mira tal-2030 għall-Istati Membri u biex tadotta regoli dwar il-metodoloġija għal evidenza fir-rigward ta’ impatti għat-terminu twil tal-bidla klimatika.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) 2018/841 ilu japplika mid-9 ta’ Lulju 2018.

Ir-Regolament emendatorju (UE) 2023/839 ilu japplika mil-11 ta’ Mejju 2023.

SFOND

Ir-regolament kien emendat bir-Regolament (UE) 2023/839 bħala parti mill-pakkett lesti għall-mira ta’ 55%. Il-pakkett għandu l-għan li jippermetti lill-UE li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-GHG b’tal-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u biex tikseb n-newtralità klimatika sal-2050.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, pp. 1–25).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/841 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tar-rappurtar u tal-konformità, u li jistabbilixxi l-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, ir-rappurtar, it-twettiq tal-progress u r-reviżjoni (ĠU L 107, 21.4.2023, pp. 1–28).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2025(ĠU L 60, 22.2.2021, pp. 21–23).

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, pp. 1–77).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u t-tneħħijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, pp. 80–97).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 25.10.2023