Mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess mira tal-2030. L-ESR tqassam il-piż tar-riduzzjoni tal-emissjonijiet GHG b’ġustizzja, u kunsiderazzjonijiet ta’ kosteffettività.
Sal-2030, l-Istati Membri jridu jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet GHG 2005 konformi mal-perċentwali stipulati f’tabella 2 ta’ Anness I, li jvartjaw minn 10 % (il-Bulgarija) sa 50 % (id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Finlandja u l-Iżvezja).
Il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-allokazzjonijiet individwali annwali tal-emissjonijiet (AEAs) ta’ Stati Membri għas-snin 2021–2030, espressi f’tunnellati ta’ CO2 ekwivalenti, konformi mat-trajettorji lineari stipulati fir-regolament. Peress li l-miri għall-2030 u s-sistema ta’ trajettoriji li jwasslu għalihom kienu emendati fl-2023, il-Kummissjoni ser, fl-2023, temenda id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 biex taġġorna n-numru ta’ AEAs assenjati lill-Istati Membri għas-snin 2023–2030.
Regoli ta’ flessibbiltà fir-regolament emendat jippermettu lill-Istati Membri biex:
Disa’ Stati Membri (elenkati f’Anness II: il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja) jistgħu jikkanċellaw perċentwal limitat tal-kwoti tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tagħhom, sa massimu kkombinat ta’ 100 miljun tunnellata ta’ CO2 ekwivalenti, sabiex jikkumpensaw għal eċċess ta’ emissjonijiet fis-setturi ESR. L-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal- jekk għandhomx il-ħsieb li jużaw jew jagħmlu użu addizzjonali mill-kanċellazzjoni limitata tal-kwoti tas-sistema tal-kwoti tal-emissjonijiet.
Il-Kummissjoni ser twettaq verifiki ta’ konformità fl-2027, (li jkopru l-emissjonijiet ta’ bejn l-2021–2025) u l-2032 (li jkopru l-emissjonijiet ta’ bejn l-2026–2030). Jekk dawn il-verifiki juru li, f’tali sena, wara li jużaw il-flessibbiltajiet imsemmija hawn fuq, Stat Membru ma jkollux biżżejjed allokazzjonijiet ta’ emissjonijiet biex ikopri l-emissjonijiet GHG tiegħu, l-ammont ta’ emissjonijiet eċċessivi, ser ikun immultiplikat b’1.08 u r-riżultat ser ikun miżjud mal-emissjonijiet ġġenerati fis-sena sussegwenti.
L-Istati Membri li jkollhom ċertu prodott domestiku gross u l-kriterja tal-emissjonijiet GHG jistgħu jirċievu numru limitat ta’ allokazzjonijiet minn riżerva ta’ sikurezza li jkollha sa 105 miljun tunnellata ta’ CO2 ekwivalenti għal kumpens għall-emissjonijiet li jistgħu jipproduċu bl-eċċess tal-miri tal-2030 tagħhom.
Il-Kummissjoni:
Ir-Regolament (UE) 2018/842 jemenda wkoll ir-Regolament (UE) Nru. 525/2013, li kien sussegwentement tħassar u sostitwit bir-Regolament (UE) 2018/1999 — ara (s-sommarju).
Ir-Regolament (UE) 2018/842 ilu japplika mid-.
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2023/857 ilu japplika mis-.
Ir-regolament hu pass ieħor lejn is-sodisfar tal-impenn preċedenti tal-UE taħt il-Ftehim ta’ Pariġi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet GHG b’tal-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.
Is-setturi koperti mir-regolament ikopru kważi 60 % tal-emissjonijiet domestiċi totali tal-UE.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, , pp. 26–42).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/842 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament