Protokoll ta’ Kyiv dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti

 

SOMMARJU TA’:

Il-Protokoll dwar ir-Reġistri għar-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti

Id-Deċiżjoni 2006/61/KE — konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll UN-ECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti

X’INHU L-GĦAN TAL-PROTOKOLL U TAD-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus

Il-protokoll huwa mehmuż mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (ara s-sommarju). Il-konvenzjoni u l-protokoll tagħha jagħtu lill-membri tal-pubbliku (l-individwi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom) id-dritt li jaċċessaw l-informazzjoni dwar, u li jipparteċipaw, fid-deċiżjonijiet li jsiru dwar kwistjonijiet ambjentali, u li jfittxu rimedju jekk dawn id-drittijiet ma jiġux rispettati.

Reġistri dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta’ inkwinanti (PRTRs)

PRTRs huma inventorji ta’ tniġġis minn siti industrijali u sorsi oħra. Il-protokoll jeħtieġ li kull parti tistabbilixxi PRTR li:

Il-protokoll jeħtieġ ukoll li l-partijiet jaħdmu għal konverġenza fis-sistemi tal-PRTR tagħhom.

Rekwiżiti ta’ rapportar

Il-protokoll jeħtieġ li PRTR ikun ibbażat fuq skema ta’ rappurtar li:

Rekwiżiti minimi

Il-protokoll jiffissa rekwiżiti minimi għal inkwinanti u faċilitajiet, u l-partijiet huma liberi li jinkludu elementi addizzjonali.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-Protokoll daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2009.

SFOND

L-UE għandha l-PRTR tagħha stess (E-PRTR) stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (ara s-sommarju).

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Protokoll dwar Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti — Dikjarazzjoni (ĠU L 32, 4.2.2006, pp. 56–79).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/61/KE tat-2 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll UN-ECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 32, 4.2.2006, pp. 54–55).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, pp. 1–17).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 166/2006 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 25.11.2021