Il-baġit tal-UE 2021: €164.3 biljun

 

SOMMARJU TA’:

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2021/417 tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2021

X’INHU L-GĦAN TAL-ATT?

PUNTI EWLENIN

Il-baġit jimmobilizza fondi pubbliċi sinjifikanti biex:

L-oqsma ewlenin tan-nefqa huma kif ġej.

 

Impenji (€ miljun)

Pagamenti (€ miljun)

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali

20 817

17 192

Koeżjoni u valuri
  • Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
  • Reżiljenza u valuri
52 862
  • 48 191
  • 4 671
66 154
  • 61 868
  • 4 286
Riżorsi naturali u l-ambjent
  • Nefqa relatata mas-suq u għajnuniet diretti
58 569
  • 40 368
56 804
  • 40 354

Il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri

2 279

2 686

Is-sigurtà u d-difiża

1 709

671

Il-viċinat u d-dinja

16 097

10 811

Amministrazzjoni pubblika Ewropea

10 448

10 450

Strumenti speċjali tematiċi (Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza, Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit)

1 471

1 293

Approprjazzjonijiet totali

164 252

166 061

Il-baġit jidentifika l-impenji ta’ prijorità speċifiċi li ġejjin:

MINN META JAPPLIKA L-BAĠIT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Fl-4 ta’ Diċembru 2020, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea laħqu ftehim politiku informali dwar il-baġit tal-UE 2021. Din hija l-ewwel taħt il-baġit fit-tul għall-2021–2027 (il-qafas finanzjarju pluriennali) stabbilit skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, li se jipprovdi € 1 074 triljun ta’ finanzjament tal-UE matul is-7 snin li ġejjin (ara s-sommarju).

B’mod partikolari, il-baġit fit-tul tal-UE huwa akkumpanjat minn NextGenerationEU, mekkaniżmu ta’ finanzjament ta’ rkupru eċċezzjonali u temporanju li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissellef sa €807 biljun (jew €750 biljun fil-prezzijiet tal-2018) f’isem l-UE, għal miżuri ta’ rkupru marbuta ma’ impenji matul il-perjodu 2021–2023. Id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni l-ġdida dwar ir-riżorsi proprji fl-1 ta’ Ġunju 2021 jippermetti lill-Kummissjoni biex tibda malajr l-operazzjonijiet ta’ self biex tiġbor il-fondi meħtieġa għall-pagamenti relatati ma’ NextGenerationEU u tgħin liċ-ċittadini, lin-negozji, lir-reġjuni u lill-ibliet tal-UE jirkupraw mill-pandemija.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Impenji: reżervazzjoni ta’ flus biex jiġu koperti spejjeż sussegwenti. Din hija l-ispiża total tal-obbligi legali (kuntratti, ftehimiet/deċiżjonijiet ta’ għotjiet) biex tipprovdi finanzjament f’sena partikolari, jekk kemm-il darba jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet.
Pagamenti: flus li se jitħallsu permezz ta’ trasferimenti ta’ flus kontanti jew bankarji lill-benefiċjarji matul is-sena baġitarja.

DOKUMENT EWLIENI

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2021/417 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (ĠU L 93, 17.3.2021, pp. 1-2286)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, pp. 17-75)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 11-22)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 23-27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, pp. 1-10)

l-aħħar aġġornament 21.06.2021