L-ilma tax-xorb — standards essenzjali tal-kwalità

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2020/2184 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tfittex li tintroduċi regoli riveduti biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem mill-kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi tiżgura li jkun “tajjeb għas-saħħa u nadif”, filwaqt li tfittex ukoll li tintroduċi rekwiżiti iġjeniċi għal materjali f’kuntatt mal-ilma tax-xorb, bħal pajpijiet, kif ukoll:

PUNTI EWLENIN

L-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa ddefinit bħala:

Eżenzjonijiet mid-Direttiva

Id-Direttiva ma tapplikax għal:

Barra minn hekk, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeżentaw:

Il-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma, iġorru l-passiġġieri u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma mhumiex suġġetti għal xi aspetti tad-Direttiva, inklużi s-sustanzi kimiċi għat-trattament u l-filtri.

L-istandards tal-kwalità tal-ilma

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ikun “tajjeb għas-saħħa u nadif”. Ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f’numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu jkunu ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. B’mod speċifiku, għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll jikkonformaw mar-regoli l-oħra tad-Direttiva.

Valutazzjoni tar-riskju

Il-pajjiżi tal-UE jiżguraw li jitwettqu l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb u tas-sistemi tal-provvista, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju tas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestiċi, u jekk ir-riskji potenzjali jaffettwawx il-kwalità tal-ilma, inkluż l-identifikazzjoni ta’ perikli fis-sistema u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll.

Materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb

Il-pajjiżi tal-UE jiżguraw li l-materjali użati għall-astrazzjoni, it-trattament, il-ħżin jew id-distribuzzjoni tal-ilma li jiġu f’kuntatt mal-ilma:

Metodoloġiji u proċeduri addizzjonali tal-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ sustanzi tal-bidu u materjali finali awtorizzati (sat-12 ta’ Jannar 2024), kif ukoll listi ta’ sustanzi tal-bidu awtorizzati (sat-12 ta’ Jannar 2025) se jiddaħħlu gradwalment.

Aċċess, informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq evalwazzjoni tad-Direttiva sat-12 ta’ Jannar 2035 u, sadanittant, tirrevedi l-istandards mikrobjali u kimiċi kif ukoll il-proċeduri ta’ monitoraġġ, teħid ta’ kampjuni u valutazzjoni tar-riskju, mill-inqas kull 5 snin.

Tħassir

Id-Direttiva tirriformula u tħassar id-Direttiva 98/83/KE u l-emendi sussegwenti tagħha (ara s-sommarju) mit-12 ta’ Jannar 2023.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mit-12 ta’ Jannar 2021 u għandha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-12 ta’ Jannar 2023 (xi aspetti sat-12 ta’ Jannar 2026).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

CFU (unità li tifforma kolonja): unità użata fil-mikrobijoloġija biex jiġi stmat l-għadd ta’ batterji vijabbli jew ċelloli fungali f’kampjun. Vijabbli hija ddefinita bħala l-abbiltà ta’ multiplikazzjoni permezz tal-fissjoni binarja f’kundizzjonijiet kontrollati.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (ĠU L 435, 23.12.2020, pp. 1-62)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, pp. 1-44)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Anness II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 260, 7.10.2015, pp. 6-17)

Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Riformulazzjoni) (ĠU L 164, 26.6.2009, pp. 45-58)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, pp. 67-128)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/83/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 1-73)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.02.2021