ir-regolament jistipula l-ammonti annwali massimi li jistgħu jintefqu fuq politiki tal-Unjoni Ewropea (UE) matul il-perjodu 2021-2027. Il-baġits annwali adottati matul dak il-perjodu jridu jikkonformaw ma’ dan il-qafas ġenerali.
Ir-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) jistabbilixxi, għall-perjodu 2021-2027, l-ammonti annwali massimi (il-“limiti massimi tal-QFP”) għan-nefqa tal-UE kollha kemm hi u għall-kategoriji ewlenin ta’ nefqa li jirriflettu oqsma ta’ politika ewlenin (“l-intestaturi tal-QFP”).
Ir-regolament dwar il-QFP huwa adottat skont proċedura leġiżlattiva speċjali, bil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jaġixxi b’mod unanimu wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.
It-tliet istituzzjonijiet baġitarji ewlenin tal-UE (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea) iridu jiżguraw li n-nefqa fil-baġits annwali tal-UE tikkonforma mal-limiti massimi tal-QFP.
Għall-perjodu 2021-2027, il-QFP jistabbilixxi livell massimu ta’ nfiq ta’ €1,074 biljun (l-ammonti kollha skont il-prezzijiet tal-2018), li jkopri seba’ oqsma ewlenin, imqassma kif ġej:
B’mod partikolari, il-QFP jalloka wkoll livelli massimi ta’ impenji ta’ pagamenti matul il-perjodu għal żewġ proġetti fuq skala kbira:
Il-QFP jistabbilixxi wkoll l-ammonti massimi li jistgħu jintefqu flimkien mal-limiti massimi tal-QFP għal rispons ta’ emerġenza jew għal ħtiġijiet mhux previsti, bl-użu ta’ “strumenti speċjali”, kif ġej:
Isiru diversi aġġustamenti għal-limiti massimi tal-QFP matul il-ħajja tiegħu. Dawn huma:
Aġġustamenti oħra għall-QFP jistgħu jinkludu:
Il-QFP jista’ jiġi rivedut — f’konformità mal-istess proċedura leġiżlattiva speċjali għall-adozzjoni tiegħu — minħabba:
Il-QFP kien rivedut fi Frar 2024 bir-Regolament li jemenda (UE Euratom) 2024/765. Din ir-reviżjoni għamlet disponibbli €64.6 biljun addizzjonali biex ikunu indirizzati sfidi ġodda u emerġenti li tiffaċċja l-UE u biex tilħaq obbligi legali li inkella ma jkunux jistgħu jintleħqu mingħajr il-limiti eżistenti baġitarji. Dan il-finanzjament addizzjonali jinkludi:
Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jridu jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw il-proċedura baġitarja annwali, jikkooperaw b’rieda tajba u jaħdmu b’mod koerenti skont il-ftehim interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f’materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba (ara s-sommarju).
Il-QFP jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta proposta għal QFP ġdid qabel l-.
Dan ilu japplika mill-.
L-ammonti addizzjonali ta’ €1,074.3 biljun tal-QFP u s-€750 biljun addizzjonali eċċezzjonali u temporanji tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istrument ta’ Rkupru (UE) 2020/2094 (ara s-sommarju) jipprovdu ammont mingħajr preċedent ta’ €1.8 triljuni biex jiġi appoġġjat l-irkupru tal-UE mill-pandemija tal-COVID-19 b’enfasi speċjali fuq l-immodernizzar tal-ekonomija tal-UE u t-tranżizzjoni għal futur ekoloġiku u diġitali.
Il-bidu tal-QFP il-ġdid ikkonċeda mal-bidliet fis-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE għall-finanzjament tan-nefqa tal-UE tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 (ara s-sommarju).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas- li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 {ĠU L 433 I, , pp. 11–22).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament