Miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Ir-reġim globali ta’ sanzjonijiet tal-UE fuq drittijiet tal-bniedem (EUGHRSR) jipprovdi bażi legali għall-UE biex timmira individwi, kumpaniji u korpi — inklużi dawk li huma assoċjati ma’ gvernijiet nazzjonali u dawk li mhumiex — li huma responsabbli għal, involuti fi jew assoċjati ma’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha ikunu fejn ikunu.

Kamp ta’ applikazzjoni

L-EUGHRSR ikopri għadd ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem inkluż:

Ir-reġim tas-sanzjonijiet ikopri wkoll atti li huma mifruxa, sistematiċi jew ta’ tħassib serju fir-rigward tal-għanijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu:

Sanzjonijiet u eċċezzjonijiet

Miżuri ristrettivi se jinkludu projbizzjoni fuq vjaġġar għal individwi u l-iffriżar ta’ fondi kemm għal individwi kif ukoll għal entitajiet. Barra minn hekk, individwi u entitajiet fl-UE mhux ser jitħallew jagħmlu fondi disponibbli għal dawk li huma elenkati, jew direttament jew indirettament.

Stati Membr jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet mill-miżuri għal ivvjaġġar minħabba:

Emendar tal-lista

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Istati Membri jistgħu jipproponu emendi għal-lista.

L-emendi jiġu deċiżi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u jitħabbru pubblikament.

Alinjament ta’ ċerti stati membri tal-UE b’miżuri restrittivi

Il-pajjiżi kandidati il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija u l-Ukrajna, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (li huma wkoll membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, alinjaw ma’ din id-deċiżjoni. Huma ser jiżguraw li l-politiki tagħhom jikkonformaw ma’ din id-deċiżjoni.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT?

Dawn ilhom japplikaw mit-8 ta’ Diċembru 2020

SFOND

L-EUGHRSR kien parti mill-impenji biex jiġu indirizzati l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija2020–2024.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 rigward miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, pp. 13–19).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (Ġ L 410I, 7.12.2020, pp. 1–12).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2376 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 rigward miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji (ĠU L 314, 6.12.2022, pp. 90–96).

Il-Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 (JOIN(2020) 5 final, 25.3.2020).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu (215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

l-aħħar aġġornament 08.09.2023