Għajnuna mill-Istat — applikazzjoni tar-regoli għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI)

SOMMARJU TA’:

Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

Id-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali

Il-Komunikazzjoni dwar il-qafas tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET?

PUNTI EWLENIN

Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI)

Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huma attivitajiet ekonomiċi, bħal netwerks tat-trasport u servizzi soċjali u tal-posta, meqjusa mill-awtoritajiet pubbliċi bħala partikolarment importanti għaċ-ċittadini, u li ma jkunux ipprovduti (jew ikunu pprovduti b’kundizzjonijiet differenti) jekk ma jkunx hemm intervent pubbliku.

Kumpens għal SGEI

Skont is-sentenza Altmark tal-2003 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), il-kumpens għas-servizzi pubbliċi ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat meta jiġu ssodisfati 4 kundizzjonijiet kumulattivi:

Jekk kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn ma jiġux ssodisfati, il-kumpens għas-servizzi pubbliċi se jiġi eżaminat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Riforma tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-SGEI

Pakkett tas-SGEI ta’ 4 dokumenti għandu l-għan li jiċċara u jissimplifika r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-SGEI.

Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat

Id-deċiżoni u l-qafas imsemmija hawn taħt jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li bihom miżura ta’ għajnuna mill-Istat titqies jew tista’ tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 106(2).

Id-Deċiżjoni 2012/21/UE

Qafas tal-UE

Il-qafas:

Rapportar

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni u dwar il-konformità mal-qafas.

Trasparenza

Kull sena, il-pajjiżi tal-UE għandhom jippubblikaw dettalji dwar il-finanzjament ta’ SGEI fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni (għal kumpens ’il fuq minn EUR 15-il miljun li jingħata lil impriża li għandha wkoll attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-SGEI) jew tal-qafas:

Linji gwida

Il-Kummissjoni ħejjiet linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal SGEIs.

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, , pp. 4-14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal- dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, , pp. 3-10)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU C 8, , pp. 15-22)

l-aħħar aġġornament