L-applikazzjoni tal-linji gwida tal-OECD fil-qasam ta’ krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b’mod uffiċjali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament jiżgura li l-UE tapplika l-arranġament tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) li jistipula regoli li skonthom, l-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni jistgħu joffru appoġġ finanzjarju lill-esportaturi tagħhom.

It-termini huma stabbiliti fl-Arranġament mhux vinkolanti dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġjati b’mod Uffiċjali, magħruf bħala “l-Arranġament”, li l-aktar verżjoni riċenti tiegħu ġiet ippubblikata f’Jannar 2019. Dawn huma intiżi biex jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għal krediti għall-esportazzjoni appoġġjati b’mod uffiċjali fis-swieq internazzjonali.

Ir-regolament jissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2001/76/KE (krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati) u 2001/77/KE (ftehim qafas dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam ta’ krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati).

PUNTI EWLENIN

Il-Ftehim tal-OECD:

Il-Kummissjoni Ewropea:

Fl-interessi tat-trasparenza, il-pajjiżi tal-UE jridu jibagħtu lill-Kummissjoni rapport tal-attività annwali li jispeċifika:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament ilu japplika mid-9 ta’ Diċembru 2011.

SFOND

L-Arranġament tal-OECD daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 1978 u ma għandux skadenza fissa. Huwa arranġament volontarju, minflok legalment vinkolanti fost il-parteċipanti. Filwaqt li mhuwiex att uffiċjali tal-OECD, għandu l-appoġġ amministrattiv tal-organizzazzjoni.

Apparti l-UE, fl-Arranġament jipparteċipaw il-pajjiżi li ġejjin: l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti.

Il-parteċipanti attwali jistgħu jistiednu lil membri oħrajn tal-OECD u lil dawk mhux membri biex jingħaqdu fl-Arranġament.

TERMINI EWLENIN

Għajnuna marbuta: flus mogħtija jew mislufa lil pajjiż b’kundizzjonijiet dwar kif jintefqu.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti linji gwida fil-qasam tal-krediti ta’ esportazzjoni uffiċjalment appoġġati u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/76/KE u 2001/77/KE (ĠU L 326, 8.12.2014, pp. 45-112).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1233/2011 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 21.02.2019