Dan jiżgura li l-UE hija kapaċi tinforza u teżerċita d-drittijiet tagħha taħt il-ftehimiet internazzjonali ta’ kummerċ billi tadotta miżuri ta’ politika kummerċjali.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-UE biex tissospendi jew tirtira l-obbligi li għandha taħt ftehim internazzjonali ta’ kummerċ sabiex:
tirrispondi għall-ksur ta’ regoli internazzjonali tal-kummerċ minn pajjiżi mhux tal-UE u tinforza deċiżjoni ġudizzjarja favur l-UE, biex tikseb soluzzjoni sodisfaċenti li terġa’ tikseb il-benefiċċji għan-negozji tal-UE;
tibbilanċja mill-ġdid l-obbligi taħt u f’konformità ma’ ftehim ta’ kummerċ, meta pajjiżi mhux tal-UE jibdlu t-trattament ta’ merkanzija mill-UE, jew temporanjament permezz ta’ miżura ta’ salvagwardja jew fit-tul permezz ta’ modifika tal-konċessjonijiet tariffarji.
Azzjoni
Biex tissalvagwardja l-interessi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tadatta l-politika kummerċjali tagħha bi tweġiba għall-azzjonijiet tal-pajjiż mhux tal-UE kkonċernat. F’każijiet urġenti, il-Kummissjoni tista’ tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli. Il-Kummissjoni, assistita mill-Istati Membri tal-UE, tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti qabel ma tadotta dawn l-atti.
Miżuri ta’ politika kummerċjali disponibbli
Dawn jikkonsistu minn:
Sospensjoni tal-konċessjonijiet tariffarji u timponi aktar dazji doganali jew dazji doganali ġodda;
introduzzjoni jew żieda ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi (kwoti) fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija;
sospensjoni ta’ konċessjonijiet u l-introduzzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fil-qasam tal-akkwist pubbliku.
Determinazzjoni ta’ miżuri xierqa
Il-miżuri ta’ politika kummerċjali huma ddeterminati fuq dan li ġej:
l-effettività tal-miżuri fil-persważjoni tal-pajjiżi mhux tal-UE biex jikkonformaw ma’ regoli internazzjonali tal-kummerċ;
il-potenzjal tal-miżuri biex jipprovdu konċessjoni lin-negozji fi ħdan l-UE affettwati minn miżuri ta’ pajjiżi mhux tal-UE;
id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista għall-prodotti jew is-servizzi kkonċernati;
l-evitar ta’ kumplessità u spejjeż amministrattivi sproporzjonati fl-applikazzjoni tal-miżuri;
il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u m’għandhomx jaqbżu l-ħsara li huma introdotti biex jikkontrobattu.
Reviżjoni tar-regolament
Minħabba li n-nuqqas attwali ta’ ħatriet ġodda fil-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fisser li t-tieni saff tal-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim tiegħu ma jistax jiffunzjona, l-emendi tar-Regolament (UE) 2021/167 introduċew xi bidliet fir-Regolament (UE) Nru 654/2014.
Ir-Regolament ta’ Emenda (UE) 2021/167:
jippermetti azzjoni ta’ infurzar f’sitwazzjonijiet fejn:
l-UE tikseb deċiżjoni favorevoli minn bord tas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO,
il-proċess imbagħad jiġi mblukkat minħabba li l-pajjiż mhux tal-UE jappella lill-Korp tal-Appell tad-WTO li ma jiffunzjonax, u ma jaqbilx li jsir arbitraġġ ta’ appell interim skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO;
jippermetti azzjoni ta’ infurzar meta:
sieħeb kummerċjali taħt ftehim kummerċjali bilaterali jew reġjonali jimponi miżuri ta’ kummerċ illegali,
sussegwentement ma jiħux il-passi meħtieġa biex il-proċess tas-soluzzjoni tat-tilwim taħt dak il-ftehim jiffunzjona;
jestendi l-ambitu ta’ kontromiżuri possibbli għall-kummerċ fis-servizzi u xi aspetti relatati mal-kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Din l-estensjoni hija akkumpanjata minn salvagwardji biex jiġi żgurat li jintużaw il-kontromiżuri l-aktar effiċjenti u proporzjonati u li l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tal-Istati Membri tal-UE jiġu kkonsultati.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 ilu japplika mis-.
Ir-Regolament ta’ Emenda (UE) 2021/167 ilu japplika mit-.
Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 189, , pp. 50-58)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 654/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/886 tal- dwar ċerti miżuri ta’ politika kummerċjali rigward ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/724 (ĠU L 158, , pp. 5-18)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/724 tas- dwar ċerti miżuri ta’ politika kummerċjali li jikkonċernaw ċerti prodotti li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 122, , pp. 14-28)
Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — L-Ewwel Rieżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Infurzar (COM(2017) 373 final tal-)
Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni) (ĠU L 272, , pp. 1-13)
Ir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, , pp. 1-101)