Ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament ta’ delega jistabbilixxi fid-dettall kif għandu jiġi applikat il-prinċipju ġenerali introdott fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament ta’ Rekwiżiti ta’ Kapital, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom biżżejjed fondi biex jissodisfaw it-talbiet ta’ ġbid fuq perjodu ta’ 30 jum.

Magħruf bħala r-regolament ta’ delega tal-LCR (proporzjon tal-kopertura tal-likwidità), dan jispeċifika liema assi għandhom jitqiesu bħal assi likwidi*. Dan jistabbilixxi kif għandhom jiġu kkalkolati l-ħruġ u d-dħul ta’ flus kontanti mistennija fuq perjodu ta’ 30 jum.

PUNTI EWLENIN

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iżommu proporzjon tal-kopertura tal-likwidità ta’ mill-inqas 100 %. Dan huwa l-istess daqs il-proporzjon bejn ir-riżerva tal-likwidità* u l-ħruġ nett tal-likwidità* tagħhom fuq 30 jum.

Istituzzjoni ta’ kreditu tkun taħt stress* fis-sitwazzjonijiet li ġejjin (lista mhux eżawrjenti):

L-assi likwidi għandhom:

L-assi likwidi jinqasmu f’diversi kategoriji:

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw:

Regoli u kalkolazzjonijiet iddettaljati jintużaw biex jiġu determinati u mkejla l-flussi tal-ħruġ u d-dħul tal-likwidità u l-proċeduri li se jittieħdu.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 għamel ċerti emendi għal-leġiżlazzjoni tal-2015 biex itejjeb l-applikazzjoni prattika tiegħu. L-iżjed importanti huma:

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 japplika mit-30 ta’ April 2020.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2015.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Assi likwidu: assi li jista’ jinqeleb fi flus kontanti faċilment.
Riżerva tal-likwidità: l-ammont ta’ assi likwidi li għandha istituzzjoni ta’ kreditu.
Ħruġ nett tal-likwidità: l-ammont li jifdal wara li jitnaqqas id-dħul ta’ flus kontanti mill-ħruġ ta’ flus kontanti.
Stress: deterjorament f’daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta’ solvenza jew ta’ likwidità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.
Ftehim ta’ riakkwist: magħruf ukoll bħala “repo”, dan huwa self fuq perjodu qasir fejn il-bejjiegħ tat-titolu jiftiehem li jixtrih lura bi prezz u fi żmien speċifikat.
Titolizzazzjoni: proċedura fejn diversi assi finanzjarji jew djun kuntrattwali, bħal self għal karozza jew ipoteka, jitpoġġew f’pakketti mill-ġdid u jinbiegħu lil investituri.
Ftehimiet ta’ riakkwist invers: magħrufa wkoll bħala “reverse repo”, ix-xiri ta’ titoli bi ftehim biex jinbiegħu bi prezz ogħla f’data fil-futur speċifikata.
Tranżazzjonijiet ta’ swaps kollaterali: self ta’ assi likwidi bil-korrispettiv ta’ inqas kollateral likwidu. Min jissellef iħallas miżata lil min isellef għar-riskji involuti.
Mekkaniżmu ta’ riversjar: it-twaqqif ta’ tranżazzjonijiet (bħal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew riakkwist invers) li jimmaturaw fit-30 jum li jmiss.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, pp. 1-36)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 tat-13 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 271, 30.10.2018, pp. 10-24)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1–1861)

Emendi suċċessivi għal Regolament (UE) Nru 680/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 149-178)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, pp. 34–85)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1–337)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338–436)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1-59)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva 94/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU L 135, 31.5.1994, pp. 5-14)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.01.2019