Regolament (UE) 2018/1091 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli
Ir-regolament:
Id-data meħtieġa mir-regolament għandha tkopri:
Diment li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fir-regolament, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jużaw wieħed jew aktar mis-sorsi jew metodi li ġejjin biex jipproduċu l-istatistika:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiġbru u jipprovdu d-data strutturali ċentrali5 għas-snin ta’ referenza 2020, 2023 u 2026, kif elenkati fl-Anness III tar-regolament. Il-ġbir tad-data ċentrali għas-sena ta’ referenza 2020 għandu jitwettaq bħala ċensiment.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu, fejn dan iċ-ċensiment tal-2020 jikkoinċidi maċ-ċensiment ta’ 10 snin tal-popolazzjoni, imexxu ’l quddiem il-ġbir tad-data dwar l-azjendi agrikoli b’sena biex jevitaw il-piż li jwettqu żewġ eżerċizzji maġġuri ta’ ġbir ta’ data fl-istess ħin.
Il-ġbir tad-data ċentrali għas-snin ta’ referenza 2023 u 2026 jista’ jsir bl-użu ta’ kampjuni. Meta jseħħ dan, il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li r-riżultati peżati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f’kull reġjun u mfassla biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V.
L-UE sejra tikkontribwixxi €40 miljun f’għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programm tal-ġbir tad-data għas-sena ta’ referenza 2020. L-ammont għall-perjodu ta’ wara l-2020 se jkun stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.
Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tqis il-ħtiġijiet emerġenti tad-data li jirriżultaw mill-iżviluppi fl-agrikoltura, mil-leġiżlazzjoni riveduta u mill-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika. F’dan ir-rigward, din tirċievi gwida minn esperti maħtura minn kull pajjiż tal-UE.
Ir-regolament beda japplika mis-.
Evalwazzjoni tas-sistema tal-istatistika agrikola Ewropea kkonkludiet li għalkemm l-utenti ewlenin tal-istatistika agrikola tal-UE kienu pjuttost sodisfatti bil-livell tad-dettalji u tal-kwalità tal-istatistika agrikola tal-UE, kien hemm nuqqas ta’ data dwar aspetti speċifiċi u s-sistema ma kinitx armonizzata biżżejjed u riġida żżejjed, tant li ma ppermettix l-introduzzjoni rapida ta’ ġbir ta’ data ġdida. Dan ir-regolament il-ġdid jindirizza dan it-tħassib.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 (ĠU L 200, , p. 1-29)
l-aħħar aġġornament