Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 2013/275/UE dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi

Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni tapprova l-iffirmar tat-Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi tad-WIPO (it-Trattat ta’ Bejġing) f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu b’mod uffiċjali.

It-trattat jimmodernizza l-protezzjoni tad-drittijiet intellettwali tal-kantanti, il-mużiċisti, iż-żeffiena u l-atturi f’eżibizzjonijiet awdjoviżivi fiċ-ċinema u t-televiżjoni u jinkludi wkoll l-eżibizzjonijiet tal-mużiċisti fuq DVD jew pjattaformi awdjoviżivi oħra.

Għandu l-għan li jkollu effett pożittiv fuq il-firmatarji kollha, inklużi l-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u dawk żviluppati, fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku, l-istatus imtejjeb tal-artisti awdjoviżivi u d-diversità kulturali.

PUNTI EWLENIN

It-trattat jagħti lill-artisti drittijiet ekonomiċi f’eżibizzjonijiet f’ħin dirett u rreġistrati, kif ukoll ċerti drittijiet morali li jaġġornaw il-Konvenzjoni ta’ Ruma għall-Protezzjoni tal-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (1961) għall-era diġitali u li tikkumplimenta t-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT).

Eżibizzjonijiet irreġistrati

It-trattat jagħti lill-artisti 4 tipi ta’ drittijiet ekonomiċi għall-eżibizzjonijiet tagħhom fissi (reġistrati) f’formati awdjoviżivi, bħalma huma reġistrazzjonijiet bil-vidjo:

Eżibizzjonijiet f’ħin dirett

Barra minn hekk, it-trattat jagħti lill-artisti 3 tipi ta’ drittijiet ekonomiċi għall-eżibizzjonijiet mhux iffissati (f’ħin dirett):

Drittijiet morali

It-trattat jagħti lill-artist id-dritt li jiġi identifikat bħala l-artist, u d-dritt li joġġezzjona għal kwalunkwe tgħawwiġ, mutilazzjoni jew modifika oħra tal-materjal irreġistrat jew tax-xandir li jkunu ta’ ħsara għar-reputazzjoni tiegħu.

Trasferiment ta’ drittijiet

Il-partijiet jistgħu jiddikjaraw fil-liġijiet tagħhom li ladarba artist ikun ta l-kunsens tiegħu għal eżibizzjoni rreġistrata (iffissar awdjoviżiv), id-drittijiet esklussivi jiġu trasferiti lill-produttur tar-reġistrazzjoni (sakemm kuntratt bejn l-artist u l-produttur ma jiddikjarax mod ieħor). Indipendentement minn dan, il-liġijiet nazzjonali jew ftehimiet oħra jistgħu jagħtu lill-artist id-dritt li jirċievi royalties jew ħlasijiet ġusti għal kwalunkwe użu tal-eżibizzjoni skont it-trattat.

Eċċezzjonijiet, infurzar u rimedji

It-trattat jippermetti limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet sakemm dawn jikkonformaw mal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi. Il-partijiet kontraenti jistgħu jżidu eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet ġodda xierqa għall-ambjent diġitali jekk jintlaħqu kundizzjonijiet simili. It-trattat japplika għal materjal eżistenti kif ukoll għal dak irreġistrat ġdid, iżda l-partijiet jistgħu jiddeċiedu li materjal eżistenti minn pajjiżi oħra ma jkunx protett skont it-trattat, f’liema każ il-pajjiżi kkonċernati huma intitolati li jaġixxu bl-istess mod.

Il-partijiet għat-trattat għandhom jipprovdu għal rimedji legali kontra l-evitar ta’ kwalunkwe kriptaġġ digitali użat mill-artisti biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, u kontra t-tneħħija jew it-tibdil ta’ informazzjoni (bħal kreditu lill-artist) meħtieġa għall-ġestjoni tad-drittijiet, inkluż l-illiċenzjar u d-distribuzzjoni ta’ royalties.

Il-partijiet għandhom jipprovdu għal proċeduri ta’ infurzar u rimedji biex jipprevjenu u jiskoraġġixxu l-ksur tat-trattat.

It-trattat jistabbilixxi Assemblea tal-Partijiet Kontraenti biex iżżomm u tiżviluppa t-trattat.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Id-Deċiżjoni ġiet iffirmata fl-10 ta’ Ġunju 2013. Għandha tidħol fis-seħħ 3 xhur wara li t-30 parti eliġibbli għat-trattat ikunu jirratifikaw it-trattat.

SFOND

Ara wkoll:

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill2013/275/UEta1-10 ta Ġunju 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi (ĠU L 160, 12.6.2013, p. 1)

Trattat ta’ Bejġing dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi (mhux ippubblikat fil-ĠU)

l-aħħar aġġornament 21.03.2019