Regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (IKUE)

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 2013/488/UE dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Għandha l-għan li tistabbilixxi sistema ta’ sigurtà komprensiva għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li tkopri l-Kunsill tal-UE, is-Segretarjat Ġenerali (SĠK) tagħha u l-pajjiżi tal-UE sabiex tappoġġa l-attivitajiet tal-Kunsill fl-oqsma kollha li jeħtieġu li jimmaniġġjaw informazzjoni klassifikata.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Informazzjoni klassifikata

L-IKUE tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal innominat minn klassifikazzjoni tas-sigurtà tal-UE, li, jekk tiġi żvelata mingħajr awtorizzazzjoni, tista’ taffettwa l-interessi tal-UE jew ta’ pajjiż tal-UE wieħed jew aktar.

Hemm 4 livelli ta’ klassifikazzjoni:

Aċċess għall-IKUE

Miżuri ta’ sigurtà personali huma mfassla biex jiżguraw li l-aċċess għall-IKUE jingħata biss lil dawk li:

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mill-15 ta’ Ottubru 2013.

SFOND

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew adottaw ukoll regoli li jirregolaw it-trattament tal-IKUE:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1-50).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2013/488/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53-88).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2013 dwar ir-regoli li jirregolaw it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (ĠU C 96, 1.4.2014, p. 1-51)

l-aħħar aġġornament 23.11.2018