Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Ġappun

 

SOMMARJU TA’:

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

Id-Deċiżjoni 2011/213/UE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita l-attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija għal skopijiet paċifiċi.

Bid-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).

PUNTI EWLENIN

L-attivitajiet imwettqa taħt il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

Kooperazzjoni

Il-ftehim ikopri żewġ forom ta’ attivitajiet kooperattivi:

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2011 għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Wara dan, se jibqa’ fis-seħħ sakemm ma jiġix itterminat minn xi waħda mill-Partijiet.

SFOND

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun (li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019) u l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Ġappun (parti kbira minnu applikabbli b’mod proviżorju mill-1 ta’ Frar 2019) jirrappreżentaw tisħiħ sinifikanti tas-sħubija tal-UE mal-Ġappun.

Għal aktar informazzjoni, ara:

Għal aktar informazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) mal-Ġappun, ara:

TERMINI EWLENIN

Persuna:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun u dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 90, 6.4.2011, pp. 2-7)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/213/UE tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 1)

l-aħħar aġġornament 12.09.2019