Operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 — rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ewlenin biex jiġi stabbilit u miżmum livell għoli u uniformi tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea (UE), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2018/1139 (u li kien kopert minn qabel fir-Regolament (UE) 216/2008).

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jinkludi regoli dettaljati għal:

Huwa ma japplikax għal:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1387 introduċa bidliet fir-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kalkoli tal-prestazzjoni tal-ajruplani u tal-prestazzjoni tal-inżul u l-istandards għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway. Huwa pprovda ukoll aġġornament dwar ċerti tagħmir u rekwiżiti tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll dwar operazzjonijiet li ma jkollhomx approvazzjoni għal operazzjonijiet ta’ medda estiża.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-28 ta’ Ottubru 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Spezzjoni tar-rampa. Kontroll imwettaq qabel it-tluq, inkluża spezzjoni tad-dokumentazzjoni, tal-pjanijiet tat-titjira u tal-inġenju tal-ajru nnifsu.
Operazzjoni tat-trasport kummerċjali bl-ajru. Operazzjoni bl-inġenji tal-ajru għat-trasport ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta bi profitt.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, pp. 1–148).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1176 tas-7 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1387 fir-rigward tal-posponiment tad-dati tal-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 259, 10.8.2020, pp. 10–11).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kalkoli tal-prestazzjoni tal-inżul ta’ ajruplan u l-istandards għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-superfiċje tar-runway, l-aġġornament ta’ ċertu tagħmir u rekwiżiti tas-sikurezza tal-inġenji tal-ajru u l-operazzjonijiet mingħajr approvazzjoni operattiva fuq distanza estiża (ĠU L 229, 5.9.2019, pp. 1–23).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 20.12.2018, pp. 64–75).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi relatati mal-introduzzjoni ta’ programmi ta’ appoġġ, mal-valutazzjoni psikoloġika tal-ekwipaġġ tat-titjira, kif ukoll mal-ittestjar sistematiku u aleatorju għas-sustanzi psikoattivi sabiex tiġi żgurata l-idoneità medika tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina, u fir-rigward tat-tgħammir tal-ajruplani ġodda li jaħdmu b’magna b’turbina b’massa massima ta’ tlugħ iċċertifikata ta’ 5700 kg jew inqas u approvati biex iġorru minn sitta sa disa’ passiġġieri b’sistema ta’ twissija u ta’ għarfien tat-terren (ĠU L 188, 25.7.2018, pp. 3–8).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1–122).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 14.3.2018, pp. 10–35).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.10.2023