L-Elettriku fl-UE — Kumpens lill-Operaturi tas-Sistemi ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 dwar linji gwida għall-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Dan għandu l-għan li jipprovdi mekkaniżmu u linji gwida dwar:

PUNTI EWLENIN

It-TSOs jirċievu kumpens għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku fin-netwerks tagħhom, inkluż għal telf korrispondenti permezz ta’ fond ta’ Kumpens ta’ Inter-Trażmissjoni (ITC) stabbilit u amministrat min-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSOE), li ġie stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-qafas tal-ITC huwa ssorveljat mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

Kontribuzzjoni għall-fond

It-TSOs jikkontribwixxu b’mod proporzjonali għall-fond tal-ITC abbażi ta’ flussi elettriċi lejn u mis-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali tagħhom.

Parteċipazzjoni

L-awtoritajiet regolatorji jiżguraw li t-TSOs jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tal-ITC u li ma tiġi inkluża l-ebda imposta addizzjonali għall-ospitar ta’ flussi transkonfinali tal-elettriku fl-imposti applikati mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni għall-aċċess tan-netwerks.

It-TSOs minn pajjiżi mhux tal-UE li japplikaw id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku jew li jkunu daħlu fi ftehimiet multipartitiċi huma intitolati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tal-ITC.

Ħlas għad-dritt għall-użu

Kull parteċipant fil-mekkaniżmu tal-ITC jimponi “ħlas għad-dritt għall-użu” tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-elettriku bejn is-sistema ta’ trażmissjoni nazzjonali u s-sistema ta’ trażmissjoni ta’ pajjiż mhux tal-UE, dment li jkun qabel li japplika d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, jew meta ma jkunx hemm ftehim multipartitiku.

Il-“ħlas għad-dritt għall-użu” għal kull sena jiġi stabbilit mill-ENTSO-E skont il-kontribut stmat għal kull siegħa ta’ megawatt li t-TSOs minn pajjiż parteċipanti jagħmlu lill-Fond tal-ITC abbażi tal-flussi transkonfinali tal-elettriku previsti għas-sena rilevanti.

Imposti

L-imposti ta’ trażmissjoni annwali medji mħallsa mill-produtturi jiġu kkalkulati bħala:

Dawn l-imposti jeskludu:

L-imposti ta’ trażmissjoni medji annwali permissibbli mħallsa mill-produtturi huma kif ġej:

L-ENTSO-E jissorvelja kemm huma xierqa dawn il-firxiet ta’ imposti permissibbli, filwaqt li jqis l-impatt tagħhom fuq il-finanzjament tal-kapaċità ta’ trażmissjoni għall-pajjiżi tal-UE.

META BEDA JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-3 ta’ Marzu 2011.

SFOND

Ara wkoll:

TERMINI EWLENIN

Operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni (TSO): persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tħaddem, tiżgura l-manutenzjoni ta’ u, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa s-sistema tat-trażmissjoni f’żona partikolari u, fejn applikabbli, l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ sistemi oħra, u biex tiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tissodisfa d-domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 838/2010 tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffissar ta’ linji gwida għall-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni u għal approċċ regolatorju komuni għall-ħlasijiet tat-trażmissjoni (ĠU L 250, 24.9.2010, pp. 5-11)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1-14)

L-emendi għar-Regolament (UE) 713/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal finijiet dokumentarji.

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, 14.8.2009, pp. 15-35)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 24.05.2019