Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku (MRA) bejn l-UE u l-Awstralja

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

Deċiżjoni 98/508/KE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku (MRA)* għandu l-għan li jippromwovi l-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Awstralja billi jneħħi ostakli tekniċi.

Skont il-ftehim bilaterali li qablu fuqu l-pajjiżi tal-UE fil-11 ta’ Novembru 2005, l-UE u l-Awstralja aċċettaw ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ konformità* li twettaq kull parti għal prodotti industrijali speċifiċi.

Id-deċiżjoni tadotta l-MRA mal-Awstralja f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim ikopri s-setturi li ġejjin:

Il-ftehim:

MINN META JAPPLIKA L-FTEHIM?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 1999.

SFOND

Fir-Riżoluzzjoni tagħhom tal-21 ta’ Diċembru 1989, il-gvernijiet tal-UE qablu dwar il-prinċipji tal-MRAs. Fil-21 ta’ Settembru 1992, huma awtorizzaw lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinnegozja ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku f’isem l-UE ma’ ċerti pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Għal aktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku: Ftehim internazzjonali fejn żewġ partijiet jew aktar jagħrfu l-konformità tar-riżultati ta’ valutazzjoni ta’ xulxin.
Il-valutazzjoni tal-konformità: il-proċedura li biha prodott jiġi ttestjat, spezzjonat u ċċertifikat biex jiġi żgurat li huwa konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti qabel ma jiġi kkumerċjalizzat.
Kompatibbiltà elettromanjetika: l-interazzjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mal-ambjent elettromanjetiku tiegħu, u ma’ tagħmir ieħor. L-apparat elettroniku kollu għandu l-potenzjal li jemetti kampi elettromanjetiċi.
Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità: dawn jevalwaw jekk prodott jissodisfax ir-rekwiżiti regolatorji jew leġiżlattivi rilevanti.

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim dwar l-għarfien reċiproku b’relazzjoni mal-istima ta’ konformità, ċertifikati u mmarkat bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (ĠU L 229, 17.8.1998, pp. 3-60)

L-emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill 98/508/KE tas-18 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim dwar rikonoxximent reċiproku rigward assessment ta’ konformità, ċertifikati u marki bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja (ĠU L 229, 17.8.1998, pp. 1-2)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali lejn il-valutazzjoni tal-konformità (ĠU C 10, 16.1.1990, pp. 1-2)

l-aħħar aġġornament 24.07.2018