Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż

SOMMARJU TA’:

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tal-2018 u li jagħtu opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tal-2018

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (COM(2018) 400 final) — Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż

X’INHUMA L-GĦANIJIET TA’ DAWN IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET U TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-komunikazzjoni:

PUNTI EWLENIN

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill — li huma speċifiċi għal kull pajjiż tal-UE — jinkoraġġuhom biex jiffokaw fuq aspetti li jservu bħala bażi għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul. F’ċerti pajjiżi, kwistjonijiet li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja tal-2008 għadhom jippersistu u jeħtieġ li jiġu indirizzati.

Minħabba li l-ekonomija tal-UE kollha kemm hi qed tikber bl-aktar rata mgħaġġla tagħha mill-kriżi u l-livelli tal-impjiegi u tal-investiment qed jirkupraw, il-pajjiżi għandhom jieħdu vantaġġ minn dawn il-kundizzjonijiet favorevoli biex jiżguraw ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom f’każ ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fil-futur.

Il-komunikazzjoni tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-UE biex:

Il-komunikazzjoni tinnota li minn meta ġie introdott is-Semestru Ewropew fl-2011, il-pajjiżi tal-UE għamlu tal-inqas xi progress f’aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill speċifiċi għall-pajjiż ibbażati fuq il-proposta tal-Kummissjoni.

SFOND

Il-Kummissjoni tippubblika r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kull rebbiegħa u l-Kunsill jiddiskuti u eventwalment jivvalidahom fis-sajf. Huma parti mis-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. Dan jagħti gwida lill-pajjiżi dwar x’jista’ jinkiseb b’mod realistiku fit-12 sa 18-il xahar li jsegwu, qabel ma jieħdu deċiżjonijiet ta’ politika nazzjonali.

Ir-rakkomandazzjonijiet jadattaw il-prijoritajiet fil-livell tal-UE identifikati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat fit- u r-rakkomandazzjonidwar il-politika ekonomika tal-gvernijiet tal-UE taż-żona tal-euro adottata fl- għas-sitwazzjoni f’pajjiżi differenti.

DOKUMENTI EWLENIN

Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat- dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2018 u li jagħtu opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabbiltà jew Konverġenza tal-2018 għal kull pajjiż tal-UE (ĠU C 320, )

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewoprew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Is-Semestru Ewropew 2018 — Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (COM(2018) 400 final, )

l-aħħar aġġornament