Il-missjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
SOMMARJU TA’:
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK tal-missjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?
PUNTI EWLENIN
G5 tas-Saħel
Fil-2014, il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mawritanja, u n-Niġer stabbilixxew il-grupp tal-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel biex irawmu kooperazzjoni mill-qrib fir-reġjun u jindirizzaw l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw dawn il-pajjiżi, inklużi t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata transnazzjonali.
Strateġija tal-UE
Objettivi
Il-missjoni tal-EUCAP Saħel Niġer hi li:
- tippermetti lill-awtoritajiet Niġerjani li jiżviluppaw l-oqfsa strateġiċi bżonnjużi u biex iwettqu aktar strateġiji eżistenti;
- jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ approċċ integrat, multidixxiplinarju, koerenti, sostenibbli u ffukat fuq id-drittijiet tal-bniedem fost l-atturi tas-sigurtà Niġerjani fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata;
- jassistu lill-awtoritajiet ċentrali Niġerjani u lokali u l-forza paramilitari biex jiżviluppaw politiki, tekniki u proċeduri biex jikkontrollaw b’mod effettiv u jiġġieldu l-migrazzjoni irregolari.
Kompiti
Biex jilħqu l-objettivi tal-missjoni, EUCAP Saħel Niger trid twettaq ċerti kompiti:
- ittejjeb il-kooperazzjoni fis-settur tas-sigurtà Nigerjana, u tappoġġja l-iżvilupp strateġiku u l-operazzjoni ta’ strateġiji eżistenti fil-qasam;
- Issaħħaħ il-kapaċità tal-forza paramilitari Niġerjana biex jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminaltà organizzata permezz ta’ parir, taħriġ u mentoraġġ;
- tappoġġja l-għanijiet tal-UE dwar il-migrazzjoni, u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-forzi paramilitari tan-Niġer fil-ġestjoni tal-fruntieri u fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari;
- tiffaċilita l-koordinazzjoni nazzjonali, reġjonali u internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminaltà organizzata u l-migrazzjoni irregolari u fil-ġestjoni tal-fruntieri.
Struttura ta’ kmand
- EUCAP Saħel Niger għandha katina unifikata ta’ kmand bħala operazzjoni fl-immaniġġjar tal-kriżijiet.
- Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili (KOC) għandu l-kmand u l-kontroll ta’ EUCAP Saħel Niger fil-livell strateġiku, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
- Il-KOC jirrapporta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà.
- Il-Kap tal-Missjoni huwa responsabbli għal, u jikkmanda u jikkontrolla l-EUCAP Saħel Niger fin-Niġer u huwa responsabbli direttament quddiem il-KOC.
MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Id-deċiżjoni ilha tapplika mis-16 ta’ Lulju 2012 Il-validità tagħha ġiet estiża diversi drabi u hi skedata li tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2024.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Saħel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, pp. 48–51).
L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2012/392/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
L-istrateġija integrata tal-Unjoni Ewropea fis-Saħel, il-konklużjonijiet tal-Kunsill (16 ta’ April 2021).
Strateġija għas-sigurtà u żvilupp fis-Saħel (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, 2011).
l-aħħar aġġornament 04.09.2023