Miżuri restrittivi kontra l-Iran

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) No 961/2010

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONIJIET U TAR-REGOLAMENTI?

PUNTI EWLENIN

L-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdu l-qafas ġenerali għas-sanzjonijiet tal-UE relatati mal-Iran.

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK u r-Regolament (UE) Nru 267/2012

Id-deċiżjoni u r-regolament jittrasponu s-sanzjonijiet tan-NU bħala segwitu għall-UNSCR li tirrikjedi li l-Iran jieqaf jarrikkixxi l-uranju bi skopijiet ta’ proliferazzjoni nukleari. Huma jimponu wkoll firxa ta’ sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji awtonomi tal-Unjoni Ewoprea (UE), inkluż dan li ġej.

Il-kummerċ f’diversi prodotti:

Is-settur finanzjarju:

Is-settur tat-trasport:

Fl-, l-UNSCR 2231 (2015) ġiet adottata u maqbula mill-Iran u mill-E3/UE+31. Din ir-riżoluzzjoni:

Fis- (Jum l-Implimentazzjoni) in-NU neħħew xi wħud mill-miżuri restrittivi tagħhom relatati mal-qasam nukleari, kif stabbilit mill-UNSCR 2231 (2015), u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropewa neħħa s-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji kollha tal-UE relatati mal-qasam nukleari kontra l-Iran. Madankollu, għad hemm xi restrizzjonijiet fis-seħħ.

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK u r-Regolament (UE) Nru 359/2011

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK tipprovdi għal projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar ta’ fondi2 u l-iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi3 għal individwi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u dawk assoċjati magħhom. Ir-Regolament (UE) Nru 359/2011 jimplimenta d-Deċiżjoni 2011/235/PESK sa fejn jikkonċerna dan li ġej.

Miżuri biex tiġi miġġielda r-repressjoni interna

Sanzjonijiet finanzjarji

Eċċezzjonijiet umanitarji

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1795 temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK, billi tintroduċi eċċezzjonijiet umanitarji mill-miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran. Din għandha tiffaċilita l-azzjoni umanitarja ta’ prinċipju mill-atturi umanitarji imparzjali fl-Iran u b’hekk tippermetti li ċerti organizzazzjonijiet u aġenziji li jaġixxu bħala s-sħab umanitarji tal-UE jiġu eżentati mill-projbizzjoni li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi disponibbli għal individwi, entitajiet u korpi maħtura, esklussivament għal skopijiet umanitarji fl-Iran.

Ir-Regolament (UE) 2024/1796 jemenda r-Regolament (UE) Nru 359/2011 li sservi għall-implimentazzjoni tal-bidliet introdotti bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/1795 bil-għan li jiġi żgurat li dawn jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET U R-REGOLAMENTI?

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK ilha tapplika mis- u r-Regolament (UE) Nru 267/2012 ilu japplika mill-.

Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK ilha tapplika mit- u r-Regolament (UE) Nru 359/2011 ilu japplika mill-.

SFOND

Sommarju separat ikopri miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u assistenza lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. E3/EU+3. Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit (arranġament ta’ kooperazzjoni barranija u ta’ sigurtà informali maħluq meta r-Renju Unit kien għadu membru tal-UE) u l-Istati Membri tal-UE+, kif ukoll iċ-Ċina, ir-Russja u l-Istati Uniti.
  2. Iffriżar tal-fondi. Il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, emenda, użu ta’, aċċess għal jew trattament ta’ fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, jew fid-destinazzjoni tagħhom jew kwalunkwe bidla oħra li tippermetti li jintużaw il-fondi, inkluż l-immaniġġjar tal-portafoll.
  3. Iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi. Il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi (assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli, intanġibbli, mobbli jew immobbli, li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi) biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inkluż il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas- dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, , pp. 39–73).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, , pp. 1–112).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat- dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, , pp. 51–57).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat- dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 100, , pp. 1–11).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament .