Appoġġ għat-tibdil fil-klima u miri ta’ prestazzjoni għall-fondi SIE

SOMMARJU TA’:

Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 — metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-livell ta’ appoġġ finanzjarju għat-tibdil fil-klima, u l-iffissar ta’ miri għall-intervent tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej (fondi SIE)

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI?

Għandu l-għan li jistabbilixxi metodi biex tikkalkula kif l-appoġġ għat-tibdil fil-klima huwa prijoritizzat u maqsum bejn il-5 fondi SIE.

Jistabbilixxi miri ta’ prestazzjoni, u b’mod partikolari jiddeskrivi liema kategoriji ta’ intervent huma prijoritajiet.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jistipula kundizzjonijiet għal kull wieħed mill-fondi SIE biex japplika l-metodoloġija ta’ kalkolu, ibbażata fuq il-kategoriji ta’ intervent, żoni ta’ fokus jew miżuri.

Il-5 fondi SIE huma:

Għal kull fond SIE, ir-Regolament jagħti ponderazzjoni speċifika li tirrifletti sa liema punt l-appoġġ finanzjarju tal-UE jikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima. Fejn il-kontribuzzjoni hija insinifikanti, tingħata ponderazzjoni żero. Dawn il-ponderazzjonijiet jintużaw biex jarmonizzaw it-traċċar tal-appoġġ li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima f’politiki differenti tal-UE, u jirriflettu d-differenzi fil-kontribuzzjonijiet minn kull wieħed mill-fondi SIE.

Il-kalkoli tal-appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-bidla fil-klima għall-fondi varji tal-SIE huma prijoritizzati bl-użu tal-ponderazzjonijiet bħal fl-eżempji li ġejjin.

FEŻR, FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni

FAEŻR

FEMS

Ponderazzjonijiet ta’ 100 % jingħataw lil proġetti bl-għanijiet li ġejjin:

Proġetti li jingħataw ponderazzjoni ta’ 40 %:

Stadji importanti u miri

L-istadji iportanti jew il-miri ta’ prijorità għandhom jitqiesu li nkisbu jekk l-indikaturi relatati jkunu laħqu:

MINN META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI?

Ilu japplika mid-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, , pp. 65-84)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 215/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament