Statistika għal żmien qasir
SOMMARJU TA’:
Regolament (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna indikaturi għal żmien qasir
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
Huwa jistabbilixxi regoli għall-produzzjoni u t-trażmissjoni ta’ indikaturi ta’ attività ekonomika għal żmien qasir f’konformità mal-klassifikazzjoni NACE Reviżjoni 2. Din l-istatistika tippermetti l-analiżi ta’ żviluppi fuq perjodu qasir ta’ żmien fil-provvista u d-domanda, fatturi ta’ produzzjoni u prezzijiet. Din tippermetti lill-utenti jimmonitorjaw il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozju madwar l-UE.
Huwa jħassar id-Direttivi 72/211/KEE u 78/166/KEE biex iqis l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi.
PUNTI EWLENIN
L-indiċijiet tal-istatistika għal żmien qasir (STS) bħalissa jkopru erba’ (4) oqsma ewlenin:
Ir-rekwiżiti speċifiċi għal kull data li għandha tinġabar (pereżempju l-volum tal-produzzjoni, il-fatturat, l-ipprezzar, l-input ta’ xogħol) huma deskritti fl-annessi għar-regolament, bħalma huma:
Il-pajjiżi tal-UE għandu jkollhom kollha awtorità nazzjonali waħda li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni:
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiksbu d-data billi jużaw taħlita ta’ sorsi imma għandhom dejjem jiżguraw li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva (jiġifieri l-inqas piż possibbli għan-negozji, speċjalment dawk żgħar). Dawn is-sorsi jinkludu:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li d-data tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalità stabbiliti mill-Eurostat. Il-pajjiżi tal-UE u l-Eurostat jittestjaw il-kwalità tad-data billi jqabbluha ma’ informazzjoni statistika oħra u jivverifikaw il-konsistenza interna.
Kull tliet (3) snin, il-Kummissjoni Ewropea tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jiffoka fuq ir-rilevanza u l-kwalità tal-istatistika u r-reviżjoni tal-indikaturi.
Il-Eurostat, wara li kkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), ippubblika manwal metodoloġiku konsultattiv.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta aktar leġiżlazzjoni biex timplimenta r-regolament dwar l-istatistika għal żmien qasir (STS). F’dan ir-rigward, hija tirċievi gwida mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika sa mis-26 ta’ Ġunju 1998.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar statistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, pp. 1-15)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1165/98 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, pp. 6-16)
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, pp. 1-11)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 18.04.2018