Dazji tal-importazzjoni fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 — regoli li jistabbilixxu l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissaw dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissaw dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd.

PUNTI EWLENIN

Prezzijiet tal-importazzjoni, rappreżentattivi u skattatur

Il-prezzijiet tal-importazzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati meta timponi dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni huma bbażati fuq l-ispiża, u l-prezz tal-assigurazzjoni u tat-trasport (CIF). Dan huwa l-prezz ta’ merkanzija mwassla fil-fruntiera tal-pajjiż ta’ importazzjoni, qabel il-pagament ta’ kwalunkwe dazji ta’ importazzjoni jew taxxi oħra fuq l-importazzjoni jew il-marġni tal-kummerċ u t-trasport fil-pajjiż. Dan jiġi vverifikat mal-prezzijiet rappreżentattivi* (Elenkati f’Anness I) li l-Kummissjoni Ewropea tiddetermina fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(UE). Il-prezzijiet skattaturi, meta dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jkun pagabbli, huma elenkati f’Anness II.

Meta l-prezz ta’ importazzjoni CIF kull 100 kg ta’ konsenja jkun ogħla mill-prezz rappreżentattiv, l-importatur għandu jippreżenta mill-inqas dawn il-provi li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jimporta:

L-importatur għandu jagħti pagament tas-sigurtà li huwa ugwali għad-differenza bejn l-ammont ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz rappreżentattiv, u l-ammont ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni kkalkulat fuq il-bażi tal-prezz tal-importazzjoni CIF.

L-importatur għandu xahrejn mill-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni — suġġett għal limitu ta’ disa’ xhur (estendibbli sa tliet xhur f’każijiet ġustifikati) mid-data meta d-dikjarazzjoni għal ħelsien għal ċirkulazzjoni ħielsa kienet aċċettata — biex ikun hemm prova li l-konsenja ntremiet taħt kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet msemmija hawn fuq.

Il-pagament ta’ sigurtà jista’ jiġi rinunzjat jekk l-awtoritajiet doganali huma sodisfatti bil-provi tal-kundizzjonijiet tar-rimi.

Jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux sodisfati, id-dazju dovut għandu jiġi rkuprat, inkluż l-interessi.

Dazju pagabbli

Jekk id-differenza bejn il-prezz skattatur u l-prezz tal-importazzjoni CIF huwa:

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dazji addizzjonali tal-importazzjoni japplikaw għall-prodotti elenkati f’Anness I tar-regolament u joriġinaw fil-pajjiżi indikati hemm.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, iżżid jew tneħħi l-pajjiżi tal-oriġini jew tal-prodotti li għalihom japplikaw dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni f’Anness I, u, jekk il-prezzijiet huma mill-inqas 5% differenti mill-prezz determinat, aġġusta l-prezzijiet rappreżentattivi.

Ir-regolament iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 1995.

SFOND

Ara wkoll:

TERMINI PRINĊIPALI

Prezz rappreżentattiv. Prezz determinat f’intervalli regolari li jqis b’mod partikolari:

- il-prezzijiet fis-swieq ta’ pajjiżi terzi,

- prezzijiet tal-offerta franka fuq il-fruntiera tal-Komunità,

- prezzijiet fl-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità għal prodotti importati.

DOCUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, pp. 47–51).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1–208).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 671–854).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 28.04.2023