Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2017/2394 — il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament għandu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi kontra ksur transfruntier tal-liġi tal-konsumatur tal-UE permezz tal-modernizzazzjoni tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fl-UE, iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) bejniethom u mal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-regoli l-ġodda jgħinu biex iżidu l-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji fil-kummerċ elettroniku fl-UE.

Huwa jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mis-17 ta’ Jannar 2020.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament ikopri 26 liġi tal-UE li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi elenkati fl-anness tiegħu (fil-futur jistgħu jiżdiedu oħrajn sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jitwessa’ għal oqsma leġiżlattivi ġodda) u japplika fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ta’ dawk il-liġijiet.

Dan il-ksur jista’ jkun:

Il-ksur jista’ jkun att jew ommissjoni u jista’ jkun waqaf qabel ma l-infurzar ikun beda jew tlesta.

Awtoritajiet kompetenti

Kull pajjiż tal-UE jeħtieġlu jagħżel u jipprovdi riżorsi għal:

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jinvolvu wkoll lil korpi deżinjati fejn meħtieġ, biex jiġbru informazzjoni rigward ksur jew jieħdu miżuri ta’ infurzar, skont ċerti kundizzjonijiet tar-regolament.

Ir-regolament jelenka s-setgħat investigattivi u tal-infurzar minimi tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż is-setgħa li jiksbu impenji mingħand kummerċjant sabiex iwaqqfu ksur jew jipprovdu rimedji lill-konsumaturi affettwati:

Barra minn hekk, l-awtoritajiet se jkunu kapaċi wkoll li:

Assistenza reċiproka

Għal ksur intra-UE, ir-regolament jistabbilixxi l-proċedura għall-informazzjoni u għal miżuri ta’ infurzar minn pajjiż wieħed tal-UE għall-ieħor.

L-awtoritajiet jeħtiġilhom iwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni fi żmien 30 jum sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor, u jeħtiġilhom japplikaw miżuri ta’ infurzar xierqa mingħajr dewmien u normalment fi żmien 6 xhur. Ir-regolament ikopri wkoll il-kundizzjonijiet li skonthom, tali talba tista’ ma tiġix milqugħa.

Azzjoni koordinata

Meta jkun hemm suspett raġjonevoli ta’ ksur mifrux, l-awtoritajiet ikkonċernati jeħtiġilhom iwissu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, lil awtoritajiet kompetenti u lil uffiċċji ta’ kollegament oħrajn, u jniedu azzjoni koordinata fejn ikun intlaħaq qbil, ma’ koordinatur deżinjat.

Il-Kummissjoni jeħtiġilha tirrapporta kwalunkwe ksur suspettat li tkun saret konxju tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali. Jekk ikun hemm suspett ta’ ksur mal-UE kollha fuq skala kbira, l-awtoritajiet nazzjonali jeħtiġilhom iwettqu investigazzjonijiet xierqa u jibdew azzjoni koordinata jekk tali investigazzjonijiet jikkonfermaw li jaf ikun qed iseħħ ksur. Azzjonijiet koordinati biex jiġi indirizzat ksur mifrux b’dimensjoni tal-UE jeħtieġlu dejjem ikun ikkoordinat mill-Kummissjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrifjutaw li jipparteċipaw f’azzjoni koordinata, pereżempju meta diġà jkun hemm proċedimenti ġudizzjarji jew meta investigazzjoni tkun uriet li l-effetti attwali jew potenzjali tal-allegat ksur ikunu negliġibbli f’dak il-pajjiż.

Attivitajiet mal-UE kollha

Ir-regolament jintroduċi wkoll sistema ta’ twissija tas-suq mal-UE kollha, sabiex theddidiet ġodda jiġu identifikati aktar malajr. Din is-sistema ta’ twissija ġdida tikkombina s-sistema diġà eżistenti skont ir-regolament dwar il-kooperazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004) ma’ skambju usa’ ta’ informazzjoni rilevanti u meħtieġa.

Barra minn hekk, ċerti korpi esterni (bħall-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur u tal-kummerċ, iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u korpi deżinjati mogħtija din is-setgħa mill-pajjiżi tal-UE jew mill-Kummissjoni) se jkunu wkoll kapaċi jibagħtu twissijiet (“twissijiet esterni”). Dan iżid l-irwol tal-partijiet ikkonċernati fl-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur.

L-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu wkoll li jwettqu sweeps* biex jidentifikaw ksur, iżda dawn normalment iridu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni.

Protezzjoni tad-data

L-awtoritajiet jistgħu jitolbu direttament data rilevanti mingħand partijiet terzi skont id-Direttiva 2000/31/KE (dwar il-kummerċ elettroniku) u l-ħarsien tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data (ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ir-Regolament (UE) 2016/679 — regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data (GDPR) u d-Direttiva (UE) 2016/680 — Il-protezzjoni ta’ data personali meta tkun qed tintuża mill-pulizija u mill-awtoritajiet tal-ġustizzja kriminali).

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan jibda japplika mis-17 ta’ Jannar 2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sweeps: investigazzjonijiet koordinati ta’ suq tal-konsumatur.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, pp. 1-26)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1-88)

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89-131)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/680 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, pp. 1-11)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1-22).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, pp. 1-16)

l-aħħar aġġornament 14.05.2018