Tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2017/2158 — miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li jnaqqas il-livell tal-akrilammid1 fl-ikel.

Huwa jagħmel dan billi jirrikjedi lill-manifatturi, lill-ktajjen tal-fast food u lir-ristoranti, li lkoll flimkien huma magħrufa bħala operaturi ta’ negozji tal-ikel, biex isegwu ċerti proċeduri.

Dawn il-“miżuri ta’ mitigazzjoni” huma mfassla biex jiżguraw li l-livelli tal-akrilammid għal ikel differenti jkunu inqas mill-parametri referenzjarji indikattivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-proċeduri:

L-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom:

Il-miżuri japplikaw għal:

Il-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni huma:

Il-Kummissjoni Ewropea se:

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa beda japplika mill-.

SFOND

L-akrilammid huwa sustanza karċinoġenika li tifforma b’mod naturali meta l-ikel, speċjalment prodotti bbażati fuq il-patata jew fuq iċ-ċereali, il-kafè jew is-sostituti tal-kafè, ikun moqli, mixwi jew moħmi f’temperaturi li jaqbżu l-120°C.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fl-2015 ikkonfermat li l-akrilammid potenzjalment iżid ir-riskju tal-kanċer.

Ir-Regolament huwa konformi mal-prinċipju stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel li l-ikel li nieklu għandu jissodisfa livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Għal aktar tagħrif ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Akrilammid: sustanza naturali li tifforma minn amminoaċidu u zokkor f’temperaturi għoljin.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal- li jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni u livelli ta’ parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 304, , pp. 24-44)

l-aħħar aġġornament