L-Aċċessibiltà tas-siti elettroniċi u tal-apps mobbli tas-settur pubbliku

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2016/2102 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Stati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li s-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli ta’ korpi tas-settur pubbliku jkunu “iktar aċċessibbli”, partikolarment għal nies b’diżabilitajiet, billi jagħmluhom “perċepibbli, operabbli, jinftiehmu u robusti”. L-istandard tal-aċċessibiltà hija stabbilita fl-istandard Ewropew armonizzat EN 301 549 v3.2.1 (2021-03). Il-partijiet ta’ dan l-istandard li huma relevanti għal din id-direttiva huma elenkati f’Anness A ta’ dan l-istandard.

Korpi tas-settur pubbliku għandhom jipprovdu regolarment dikjarazzjoni dettaljata, komprensiva u ċara dwar l-aċċessbbilità dwar kif is-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tagħhom jikkonformaw ma’ din id-direttiva, inklużi:

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1523, att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni Ewropea, jistabbilixxi mudell ta’ dikjarazzjoni dwar l-aċċessibilità.

L-Istati Membri għandhom ukoll:

L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jippromulgaw leġiżlazzjoni li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta’ din id-direttiva.

Esklużjonijiet

Din id-direttiva ma tapplikax għal xandara tas-servizz pubbliku jew għal organizzazzjonijiet mhux governattivi li ma jipprovdux servizzi li huma essenzjali għall-pubbliku jew speċifikament għal persuni b’diżabilità. Barra minn hekk, ma tapplikax għall-elementi ta’ kontenut li ġejjin:

L-Istati Membri jistgħu jeskludu s-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-iskejjel, tal-kindergartens jew tal-iskejjel preprimarji, ħlief għall-kontenut relatat mal-funzjonijiet amministrattivi onlajn essenzjali.

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom josservaw il-konformità billi jużaw il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Ottubru 2018. Il-metodoloġija stabbilita mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1524, tinkludi:

Rapportar

Sat-23 ta’ Diċembru 2021, u kull 3 snin wara, l-Istati Membri sejrin jippubblikaw u jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jippreżenta r-riżultati tal-monitoraġġ u informazzjoni dwar l-użu tal-proċedura t’infurzar. L-ewwel rapport sejjer ikopri wkoll:

Il-kontenut tar-rapporti kollha ser ikun magħmul pubbliku f’format aċċessibbli. L-applikazzjoni tad-direttiva sejra tiġi riveduta mill-Kummissjoni qabel it-23 ta’ Ġunju 2022.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2016 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sat-23 ta’ Settembru 2018. L-Istati Membri kellhom japplikaw dawn il-miżuri kif ġej:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, pp. 1–15)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1339 tal-11 ta’ Awwissu 2021 lli temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2048 fir-rigward tal-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli (ĠU L 289, 12.08.2021, pp. 53–55)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2048 tal-20 ta’ Diċembru 2018 dwar l-istandard armonizzat għas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠI L 327, 21.12.2018, pp. 84–86)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2018/2048 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1523 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi mudell tad-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà b’konformità mad-Direttiva-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 256, 12.10.2018, pp. 103–107)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1524 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi metodoloġija ta’ monitoraġġ u l-arranġamenti għar-rappurtar mill-Istati Membri b’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 256, 12.10.2018, pp. 108–116)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.10.2021