Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2015/2219 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Għan

Ir-regolament jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), li l-għan tagħha huwa li tħarreġ lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi (servizzi tal-pulizija, doganali u servizzi oħra rilevanti) responsabbli għall-:

Dan jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI, li oriġinarjament stabbilixxiet il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL).

PUNTI EWLENIN

Objettivi

B’enfasi partikolari fuq rispett komuni għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-fehim tagħhom, fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, l-objettiv ewlieni tas-CEPOL huwa li tappoġġja, tiżviluppa, timplimenta u tikkoordina t-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. B’mod partikolari, hija:

Kompiti

Il-kompiti ewlenin ta’ CEPOL huma li:

Struttura u post

Ibbażata f’Budapest, is-CEPOL hija regolata minn:

Fejn xieraq, is-CEPOL tista’ tingħata pariri dwar l-aspetti xjentifiċi tal-ħidma tagħha minn kumitat xjentifiku għat-taħriġ indipendenti.

L-iffinanzjar

Kull sena, is-CEPOL se tħejji baġit li huwa bbilanċjat f’termini tal-infiq u tad-dħul. Id-direttur eżekuttiv se jfassal abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq u pjan ta’ stabbiliment li jiġi rivedut mill-bord maniġerjali.

Programmi ta’ ħidma

Sat-30 ta’ Novembru kull sena, is-CEPOL se tadotta dokument li jkun fih l-ipprogrammar multiannwali u l-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena ta’ wara.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-1 ta’ Lulju 2016 għajr l-aspetti regolati bl-Artikoli 37 (arranġamenti tranżizzjonali dwar il-bord maniġerjali), 38 (ftehimiet tranżizzjonali dwar id-direttur eżekuttiv u l-persunal) u 39 (dispożizzjonijiet baġitarji tranżizzjonali), li japplikaw mill-24 ta’ Diċembru 2015.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, pp. 1-20)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53-114)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, pp. 1-13)

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 12.01.2018