Il-moviment liberu ta’ oġġetti pirotekniċi fis-suq uniku

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2013/29/UE — ir-regoli tal-UE fir-rigward ta’ oġġetti pirotekniċi

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva telenka l-kategoriji ta’ oġġetti pirotekniċi li tapplika għalihom skont it-tip ta’ użu.

Logħob tan-nar magħmul minn fabbrikant għall-użu tiegħu stess u approvat għall-użu biss fl-Istati Membri tal-UE fejn il-fabbrikant hu stabbilit, u li jibqa’ f’dak l-Istat Membru, mhumiex koperti mid-direttiva.

Hi tistipula r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza li oġġetti pirotekniċi jridu jissodisfaw biex isiru disponibbli fis-suq. Dawn huma elenkati f’Anness I tad-direttiva.

Hi tistipula l-proċeduri ta’ konformità tal-valutazzjoni fejn eżami tat-tip tal-UE* jsir. Korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku tal-oġġett, u jivverifika jew jiċċertifika li d-disinn jissodisfa r-rekwiżiti tad-direttiva.

Din tistabbilixxi limiti minimi ta’ età u restrizzjonijiet oħra dwar aċċess għall-oġġetti pirotekniċi.

L-Istati Membri jistgħu jżidu dawn il-limiti tal-età u jistgħu jirrestrinġu addizzjonalment id-disponibbiltà ta’ xi oġġetti pirotekniċi għall-pubbliku ġenerali għal raġunijiet ta’ ordni pubblika, sigurtà, saħħa u sikurezza, u protezzjoni ambjentali.

In-negozji u l-organizzazzjonijiet kollha fil-katina tal-provvista u d-distribuzzjoni jridu jiżguraw li jqiegħdu fis-suq biss dawk l-oġġetti pirotekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva. Id-Direttiva tistipula l-obbligi ta’ kull parti fi ħdan din il-katina.

Il-manifatturi jridu jindikaw l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew it-trademark reġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn huma jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-oġġett pirotekniku, jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja kull oġġett. Id-dettalji ta’ kuntatt iridu jkunu b’lingwa li kemm l-utenti aħħarin kif ukoll l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jifhmuha faċilment.

Istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza jridu jingħataw f’lingwa li tkun tifthiem faċilment minn konsumaturi u utenti finali oħra fl-Istat Membru li fih l-oġġett ser isir disponibbli fis-suq.

It-tikkettar irid isir bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li fih isir disponibbli l-oġġett pirotekniku. Tali tikkettar irid ikun fih mill-anqas l-informazzjoni minima mitluba mid-direttiva.

Għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq, il-fabbrikanti jridu jagħmlu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal kull prodott f’konformità mal-mudell f’Anness III tad-direttiva. Din tgħid li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza. Meta jħejji d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-fabbrikant jassumi r-responsabbiltà legali għall-konformità tal-oġġetti pirotekniċi mar-rekwiżiti tad-direttiva.

Il-manifatturi jridu jiżguraw li t-tikkettar juri n-numru ta’ reġistrazzjoni assenjat lill-prodott mill-korp notifikat li jwettaq il-valutazzjoni ta’ konformità.

L-importaturi jridu jiżguraw li fis-suq iqiegħdu biss prodotti li jikkonformaw ma’ din id-direttiva. Huma jridu jiżguraw li:

Kemm il-manifatturi kif ukoll l-importaturi jridu jżommu rendikont tan-numri ta’ reġistrazzjoni tal-oġġetti li jagħmlu disponibbli fis-suq. Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/58/UE tintroduċi sistema ta’ traċċabilità ta’ oġġetti pirotekniċi.

Id-direttiva tirrekjedi li Stati Membri jassikuraw li fabbrikanti, importaturi, distributuri, bejjiegħa bl-imnut, eċċ, jistgħu jpoġġu fis-suq oġġetti pirotekniċi biss b’kundizzjoni li dawn huma maħżuna kif suppost u li jintużaw għall-iskop maħsub tagħhom, ħalli ma jpoġġux is-saħħa u s-sikurezza f’riskju.

L-Istati Membri jridu jintroduċu regoli dwar pieni li jridu jkunu applikati meta l-partijiet ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-direttiva. Dawn ir-regoli jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1096 teħtieġ li Stati Membri jiġbru għal kull sena kalendarja tal-inqas id-data li ġejja dwar inċidenti fi ħdan it-territorju tagħhom, li kienu relatati mal-użu ta’ oġġetti pirotekniċi ta’ kategoriji F1 sa F4, u jittrasmettuhom lill-Kummissjoni Ewropea sal-1 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja sussegwenti.

Meta ma jkunux jistgħu jiġbru d-data t’hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jiġbru data minn xempji rappreżentattivi u jestrapolawh.

Barra minn dan, għandhom jiġbru d-data li ġejja, fejn disponibbli:

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Direttiva 2013/29/UE rrevediet u sostitwixxiet 2007/23/KE u l-emendi sussegwenti tagħha. Il-biċċa l-kbira tar-regoli ġodda li hemm fid-Direttiva 2013/29/UE: ilhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2015, waqt li r-regoli li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ġodda tas-sigurtà għall-iktar kategoriji perikolużi ta’ oġġetti pirotekniċi (kategoriji P1, P2, T2 u F4) ilhom japplikaw mill-4 ta’ Lulju 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Oġġetti pirotekniċi. Oġġetti li jkollhom sustanzi splussivi jew taħlita splussiva maħsuba li jipproduċu sħana, dawl, ħoss, gass jew duħħan, jew kumbinazzjoni ta’ tali effetti. Xi eżempji jinkludu l-logħob tan-nar, oġġetti pirotekniċi teatrali, apparati tat-tqabbid u airbags tal-vetturi.
Eżami tal-UE tat-tip. Dak hu parti minn proċedura ta’ konformità tal-valutazzjoni fejn korp notifikat jeżamina d-disinn tekniku ta’ oġġett pirotekniku u jivverifika u jiċċertifika li d-disinn tekniku tal-oġġett pirotekniku jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/29/UE li japplikaw għalihom.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 178, 28.6.2013, pp. 27–65).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1096 tat-2 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-aġġornament regolari ta’ data dwar aċċidenti relatati mal-użu tal-oġġetti pirotekniċi (ĠU L 146, 6.6.2023, pp. 24–26).

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni) (ĠU C 149, 12.5.2017, pp. 1–5).

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/58/UE tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sistema ta’ traċċabilità ta’ oġġetti pirotekniċi (ĠU L 115, 17.4.2014, pp. 28–31).

l-aħħar aġġornament 26.04.2024