Regolament (UE) Nru 1173/2011 — dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro
Jistabbilixxi sistema gradwali ta’ sanzjonijiet għall-pajjiżi taż-żona tal-euro li jew jonqsu li jikkonformaw mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jew jimmanipulaw l-istatistika ekonomika tagħhom.
Ir-regoli huma mfassla primarjament biex jinkoraġġixxu lill-gvernijiet biex iżommu mal-miri baġitarji tagħhom għall-perjodu medju.
Il-pajjiżi taż-żona tal-euro li:
Il-proċeduri li bihom jiġu adottati s-sanzjonijiet imsemmija hawn fuq huma identiċi. Wara deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi nuqqas ta’ azzjoni effettiva jew l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni tipproponi s-sanzjoni rilevanti fi żmien 20 jum. Din tiġi adottata ħlief fil-każijiet fejn tiġi rrifjutata b’maġġoranza kkwalifikata tal-pajjiżi taż-żona euro. Il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas jew jikkanċella s-sanzjoni fid-dawl ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew fuq talba motivata mill-pajjiż ikkonċernat.
Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ wkoll jimponi fuq pajjiż taż-żona tal-euro multa sa 0.2% tal-PDG tiegħu jekk intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja jirrappreżenta ħażin id-data dwar id-defiċit u d-dejn tiegħu.
Id-dħul iġġenerat mill-multi u d-depożiti bla mgħax jiġi ttrasferit għall-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà biex jgħin lil dawk il-membri taż-żona tal-euro li jeħtieġu għajnuna finanzjarja.
Kull 5 snin mill- ’il quddiem, il-Kummissjoni tippubblika rapport li jevalwa:
Ilu japplika mit-.
Ir-regolament huwa wieħed minn 6 dokumenti leġiżlattivi (magħrufa bħala s-“six-pack”) imfassla biex isaħħu l-governanza ekonomika fl-UE u, b’mod aktar speċifiku, fiż-żona tal-euro. L-oħrajn huma:
Għal aktar informazzjoni, ara:
Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, , pp. 1-7)
l-aħħar aġġornament