Rifuġjati u persuni mingħajr stat — standards komuni għal kwalifika (sal-2026)

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2011/95/UE — standards komuni għall-kwalifika u l-protezzjoni internazzjonali ta’ refuġjati u persuni mingħajr stat

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2011/95/UE għandha l-għan li:

B’dan il-mod, hija tfittex li tillimita l-moviment bejn l-Istati Membri tal-UE tal-persuni kkonċernati minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni.

Id-direttiva tirrevedi u tissostitwixxi d-Direttiva 2004/83/KE, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-każistika2 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

PUNTI EWLENIN

L-għan u d-definizzjonijiet

Valutazzjoni tal-applikazzjonijiet

Kwalifika għal status ta’ refuġjat

Kwalifika għal protezzjoni sussidjarja

Id-dannu serju li ċittadin mhux tal-UE kkonċernat jirriskja li jsofri jekk huwa/hija jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tagħha, jinkludi:

Telf jew esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat jew protezzjoni sussidjarja

Id-direttiva telenka:

Kontenut tal-protezzjoni internazzjonali

Il-kontenut tal-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja jinġieb eqreb għal dak ta’ refuġjat, u b’hekk jelimina bil-kbir il-possibbiltà li l-pajjiżi tal-UE jillimitaw l-aċċess għal xi drittijiet għar-refuġjati biss.

Il-protezzjoni internazzjonali li għandha tingħata mill-Istat Membru ospitanti tal-UE tinkludi d-drittijiet li ġejjin.

Pajjiżi li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva

L-Irlanda u r-Renju Unit* għażlu li jibqgħu barra mid-direttiva, kif setgħu jagħmlu skont il-Protokoll 21 anness għat-Trattat ta’ Lisbona. Konsegwentement, huma jibqgħu jkunu marbuta bid-Direttiva 2004/83/KE.

Id-Danimarka la hija marbuta b’din id-direttiva u lanqas bid-direttiva preċedenti minħabba l-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tagħha anness għat-Trattat ta’ Lisbona.

Revoka

Id-Direttiva 2011/95/KE hija mħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) 2024/1347 (ara s-sommarju) mill-.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2011/95/UE tirrevedi u tissostitwixxi d-Direttiva 2004/83/KE. Ħafna mill-artikoli tad-Direttiva 2011/95/UE, li jirrelataw mal-aspetti li ma kinux koperti mid-Direttiva 2004/83/KE, ilhom japplikaw mit-. Ir-regoli l-ġodda li jinsabu fid-Direttiva 2011/95/UE kellhom isiru liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-.

SFOND

Magħrufa bħala d-Direttiva dwar il-Kwalifika, id-direttiva hija waħda mill-istrumenti ewlenin fi ħdan is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) flimkien mad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, ir-Regolament ta’ Dublin u r-Regolament EURODAC. Ta’ importanza wkoll huwa t-tisħiħ ta’ solidarjetà finanzjarja bir-regolament li jistabbilixxi Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni li tniedi l-proċess għal riforma tas-SEKA.

TERMINI EWLENIN

  1. Protezzjoni sussidjarja. Protezzjoni internazzjonali għall-persuni li qed ifittxu ażil li ma jikkwalifikawx bħala refuġjati. Skont id-direttiva, dawn huma persuni li jekk jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jiffaċċjaw riskju veru li jsofru dannu serju (iddefinit fit-test).
  2. Każistika. Il-liġi kif stabbilita mir-riżultat ta’ każijiet preċedenti.
  3. Refoulement. L-att li r-refuġjati jew il-persuni li jfittxu ażil (xi ħadd li t-talba tiegħu għal status ta’ refuġjat tkun għadha ma ġietx iddeterminata) jiġu sfurzati jirritornaw lejn pajjiż fejn x’aktarx se jiffaċċjaw persekuzzjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, , pp. 9-26)

*Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u sar pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

l-aħħar aġġornament