Il-produzzjoni tal-istatistika tal-UE fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 — L-istatistika tal-UE fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan għandu l-għan li joħloq standards statistiċi komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika komparabbli fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin*.

PUNTI EWLENIN

Definizzjonijiet

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jissottomettu data lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) dwar affiljati barranin fir-rigward tal-karatteristiċi, l-attivitajiet ekonomiċi u l-analiżi ġeografika tagħhom (ara l-Anness III tar-regolament).

Il-pajjiżi ġabru data dwar 11-il karatteristika, inkluż:

Is-sorsi tad-data

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa billi jużaw sorsi rilevanti u xierqa. Reġistri tan-negozju, stħarriġ statistiku jew data diġà eżistenti minn sorsi amministrattivi huma s-sorsi ewlenin għall-istatistika fuq affiljati barranin (ara s-sommarju tal-Istatistika tan-negozju). Meta d-data meħtieġa ma tkunx tista’ tinġabar bi prezz raġjonevoli, jistgħu jintbagħtu l-aħjar estimi lill-Eurostat, inklużi dawk b’valur żero.

Standards u rapporti ta’ kwalità

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data li huma jibagħtu lill-Eurostat tissodisfa l-istandards komuni ta’ kwalità. Il-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) tispeċifika l-istandards ta’ kwalità li għandhom jiġu ssodisfati u l-kontenut u l-frekwenza tar-rapporti ta’ kwalità li għandhom jiġu sottomessi.

Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-UE, il-Eurostat iħejji manwal li jinkludi d-definizzjonijiet rilevanti u l-gwida supplimentari fir-rigward tal-produzzjoni tal-istatistika fuq affiljati barranin.

Skeda ta’ żmien

Skeda ta’ żmien għall-kompliazzjoni tad-data hija speċifikata fl-Annessi I u II tar-regolament.

Kumitati

Il-Kummissjoni (Eurostat) tingħata għajnuna u pariri mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, kumitat tal-pajjiżi tal-UE. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-kumitat, b’mod partikolari dwar il-miżuri għal aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data, u l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tar-riżultati.

Rapport ta’ implimentazzjoni

Fl-2012, il-Kummissjoni kellha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-regolament.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mid-19 ta’ Lulju 2007.

SFOND

Għalkemm l-istatistika dwar l-investiment dirett barrani tirreġistra l-ammont totali ta’ kapital investit minn kumpaniji barranin fl-UE, l-istatistika fuq affiljati barranin tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-impatt ekonomiku ta’ dawk l-investimenti, f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi, R&Ż, eċċ.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Affiljat barrani: intrapriża residenti f’pajjiż li hija taħt il-kontroll ta’ unità istituzzjonali mhux residenti fl-istess pajjiż.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (ĠU L 171, 29.6.2007, pp. 17-31)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 716/2007 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin (COM(2012) 249 final, 31.5.2012)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2009 tal-11 ta’ Settembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività tal-affiljati barranin, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rapporti tal-kwalità (ĠU L 241, 12.9.2009, pp. 3-4)

Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) (ĠU L 97, 9.4.2008, pp. 13-59)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta’ l-istatistika ta’ l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (ĠU L 112, 24.4.2008, pp. 14-21)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE (ĠU L 202, 31.7.2008, pp. 20-27)

l-aħħar aġġornament 13.11.2017