Konsum tal-enerġija — qafas għal regoli dwar it-tikkettar

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2017/1369 għat-tikkettar tal-enerġija

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistabbilixxi l-bażi għall-adozzjoni ta’ atti fuq it-tikkettar tal-enerġija ta’ prodotti relatati mal-enerġija, u jipprovdi informazzjoni standard dwar l-effiċjenza enerġetika — flimkien mal-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra — biex jgħin lil konsumatur fid-deċiżjonijiet ta’ xiri tagħhom. Dan ma jkoprix prodotti użati, ħlief jekk dawn ikunu importati minn barra l-Unjoni Ewropea (UE), jew il-mezzi tat-trasport.

Dan iħassar id-Direttiva 2010/30/UE.

PUNTI EWLENIN

Prodotti relatati mal-enerġija juru tikketti li bihom konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar prodotti iktar ekoloġiċi u sostenibbli, u jqisu l-progress tekniku. Ir-regolament jipprovdi għal skala ġdida, aġġornata u iktar ċara, minn A (l-iktar effiċjenti) għal G (l-inqas effiċjenti), li ser titqies minn regolamenti delegati li jmiss. Hemm ukoll rekwiżit għal skeda tal-informazzjoni tal-prodott.

Ħafna minn dawn it-tiketti li diġà jintużaw qabel l- ingħataw “skala ġdida” mill-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri ġew rikalibrati biex jikkonformaw mar-regolament il-ġdid bi skala minn A sa G.

il-Kummissjoni tadotta att delegat separat għal kull grupp ta’ prodott speċifiku biex tissupplimenta r-regolament. Dan jistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għat-tikkettar ta’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi li għalihom:

L-atti delegati relatati ma’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi jindikaw, fost affarijiet oħra:

Il-fornitur u n-negozjant huma responsabbli biex:

Negozjanti, inklużi negozjanti online, iridu juru t-tikketta pprovduta mill-fornitur u jagħmlu l-iskeda tal-informazzjoni tal-prodott disponibbli għal klijenti fil-punt tal-bejgħ

Il-Kummissjoni waqqfet bażi ta’ data tar-reġistrazzjoni tal-prodott li tissejjaħ Reġistru Ewropew tal-Prodott għal Tikkettar tal-Enerġija.

Il-bażi ta’ data tħalli lill-pubbliku jikkonsulta tikketti ta’ prodotti u skedi ta’ informazzjoni, u tagħmilha iktar faċli li tqabbel l-effiċjenza enerġetika ta’ apparati elettrodomestiċi. Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2024/994 jistabbilixxi d-dettalji operattivi tal-bażi ta’ data tal-prodott.

Ir-regolament jirrekjedi wkoll li fabbrikanti jinfurmaw lil konsumaturi jekk aġġornamenti lil software jew firmware (software li jkun inkorporat f’biċċa hardware u li jservi bħala interfaċċja bejn dak il-hardware u s-sistema operatorja, pereżempju fuq smartphone jew kompjuter) jkunu jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza enerġetika tal-prodott. Tipprojbixxi l-użu ta’ “apparat ta’ manipulazzjoni”, li jbiddel il-prestazzjoni ta’ prodott taħt il-kundizzjonijiet tat-test.

Sat-, il-Kummissjoni ser tassessja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-, ħlief għall-obbligi ta’ fornituri fir-rigward tal-bażi ta’ data tal-prodott, li ilhom japplikaw mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, , pp. 1–23).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/1369 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament