Nindirizzaw l-evitar tat-taxxa korporattiva

SOMMARJU TA’:

id-Direttiva (UE) 2016/1164 — li tipprevjeni l-evitar tat-taxxa mill-kumpaniji

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tintroduċi regoli għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa mill-kumpaniji u għalhekk tindirizza l-kwistjoni tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa fis-suq uniku tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għat-taxxa korporattiva f’pajjiż tal-UE jew aktar, inklużi stabbilimenti permanenti f’pajjiż tal-UE jew aktar ta’ entitajiet residenti għall-finijiet tat-taxxa f’pajjiż mhux tal-UE.

Il-ġlieda kontra l-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt (BEPS)1

Id-direttiva tistabbilixxi regoli kontra l-evitar tat-taxxa f’4 oqsma speċifiċi biex tiġġieled il-BEPS:

Id-Direttiva ta’ Emenda (UE) 2017/952

Minħabba li d-Direttiva (UE) 2016/1164 indirizzat biss diskrepanzi ibridi2 fl-UE, ġiet adottata Direttiva (UE) 2017/952 ġdida li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkopru diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi mhux tal-UE. Ir-regoli tad-direttiva tal-aħħar jieħdu post ir-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi tad-Direttiva UE 2016/1164.

Regoli dwar diskrepanzi ibridi: meta kontribwenti korporattivi japprofittaw ruħhom mid-disparitajiet bejn sistemi tat-taxxa nazzjonali sabiex inaqqsu l-obbligazzjoni ta’ taxxa globali tagħhom, pereżempju permezz ta’ tnaqqis doppju (jiġifieri tnaqqis fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera) jew tnaqqis tad-dħul fuq naħa waħda tal-fruntiera mingħajr l-inklużjoni tiegħu fuq in-naħa l-oħra. Sabiex tinnewtralizza l-effetti ta’ arranġamenti ta’ diskrepanzi ibridi, id-direttiva tistabbilixxi regoli fejn 1 miż-2 ġurisdizzjonijiet f’diskrepanza jenħtieġ li tiċħad it-tnaqqis ta’ pagament li jwassal għal tali eżitu.

MINN META TIBDA TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Id-Direttiva (UE) 2016/1164 ilha tapplika u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE .

Id-Direttiva ta’ Emenda (UE) 2017/952 ilha tapplika u għandha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE (jew fil-każ ta’ diskrepanzi ibridi).

SFOND

Id-direttiva tibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Korporattiva Ġusta u Effiċjenti u hija tweġiba għall-finalizzazzjoni tal-proġett kontra l-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) mill-G20 u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).

TERMINI EWLENIN

  1. L-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt (BEPS): l-istrateġiji tal-evitar tat-taxxa li jisfruttaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli tat-taxxa għaċ-ċaqliċ b’mod artifiċjali ta’ profitti lejn lokazzjonijiet b’rata baxxa ta’ taxxa jew mingħajr taxxa.
  2. Diskrepanza ibrida: arranġament li jisfrutta d-differenzi fit-trattament tat-taxxa ta’ strumenti, kumpaniji jew trasferimenti bejn 2 pajjiżi jew aktar.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, , pp. 1-14)

l-aħħar aġġornament