Id-Dikjarazzjoni konġunta tal-UE — “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”
Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp jistabbilixxi sett ġdid ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħala parti mir-rispons tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Filwaqt li jibni fuq l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea u r-regoli għall-azzjoni esterna fit-Trattat ta’ Lisbona, il-kunsens il-ġdid jenfasizza elementi trażversali importanti, bħal:
Parti integrali oħra mill-Kunsens Ewropew il-ġdid huwa l-appoġġ għar-reżiljenza fil-livelli kollha. Il-kunsens jintegra approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni kif ġie miftiehem fl-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa, li jgħaqqad l-għajnuna ma’ riżorsi oħra u approċċ imsaħħaħ għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Huwa jinkludi approċċ ikkoordinat għall-iżvilupp min-naħa tal-UE u l-pajjiżi tal-UE, permezz tal-promozzjoni ta’ programmazzjoni konġunta u azzjonijiet konġunti. Il-kunsens iqiegħed enfasi fuq sħubijiet imfassla aħjar ma’ firxa usa’ ta’ organizzazzjonijiet u pajjiżi sħab.
Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”. Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, is-
l-aħħar aġġornament