Privattivi unitarji tal-UE — arranġamenti dwar it-traduzzjoni

 

SOMMARJU TA’:

ir-Regolament (UE) Nru 1260/2012 — arranġamenti dwar it-traduzzjoni relatati mal-privattiva unitarja

XI JKUN L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi l-arranġamenti għat-traduzzjoni għas-26 pajjiż tal-UE li daħlu għall-Privattiva Ewropea b’effett unitarju (magħrufa bħala “privattiva unitarja”).

PUNTI EWLENIN

Privattiva unitarja ppubblikata b’waħda mit-tliet lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO) — l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż — u li t-talbiet relatati magħha jkunu ġew tradotti għat-tnejn l-oħrajn, kif stabbilit mill-Artikolu 14(6) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi m’għandhiex għalfejn tiġi tradotta għal lingwi uffiċjali oħra tal-UE.

Detentur ta’ privattiva li jissuspetta ksur tal-privattiva tiegħu jeħtieġlu:

Il-qrati li fil-qafas ta’ tilwima jkollhom jivvalutaw il-ħsarat jeħtiġilhom iqisu jekk il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur hijiex:

Jeħtiġilhom ukoll iqisu jekk il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur tkunx aġixxiet b’mod mhux intenzjonat.

Skema għal kumpens:

Il-miżuri tranżitorji jistipulaw li waqt perjodu ta’ sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament:

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament se japplika erba’ xhur wara li t-13-il strument ta’ ratifika tal-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (sakemm dan jinkludi lit-tliet pajjiżi bl-ogħla numri ta’ privattivi Ewropej fis-seħħ — il-Ġermanja, Franza u r-Renju Uni (1)) jiġi ddepożitat għand is-Segretarjat tal-Kunsill tal-UE.

SFOND

Id-Deċiżjoni 2011/167/UE awtorizzat lill-25 pajjiż jużaw il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa tal-UE biex jaħdmu flimkien favur il-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Spanja u l-Italja ddeċidew li ma jidħlux għall-iskema.

Applikazzjoni waħda biss lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi tippermetti li wieħed jiżgura l-protezzjoni tal-privattivi f’sa 26 pajjiż tal-UE. B’hekk jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-applikanti li jixtiequ jipproteġu l-invenzjonijiet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (ĠU L 361, 31.12.2012, pp. 89-92)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, pp. 1-8)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 76, 22.3.2011, pp. 53-55)

l-aħħar aġġornament 06.12.2017



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.