Servizzi ta’ emerġenza tal-UE: l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-eCall

Din id-deċiżjoni tistieden lill-pajjiżi tal-UE jintroduċu l-infrastruttura tal-eCall (sistema mmuntata fil-vetturi għal sejħiet ta’ emerġenza) li hija neċessarja biex jiġu indirizzati l-eCalls kollha sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2017.

ATT

Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli madwar l-UE kollha.

SOMMARJU

Din id-deċiżjoni tistieden lill-pajjiżi tal-UE jintroduċu l-infrastruttura tal-eCall (sistema mmuntata fil-vetturi għal sejħiet ta’ emerġenza) li hija neċessarja biex jiġu indirizzati l-eCalls kollha sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2017.

Speċifikament, id-deċiżjoni tistabbilixxi limitu ta’ żmien għat-tnedija ta’ mhux inqas minn 6 xhur qabel id-data meta jibda japplika r-Regolament dwar l-immuntar obbligatorju tal-apparat ta’ eCall fil-vetturi (karozzi personali u vetturi kummerċjali ħfief).

L-infrastruttura tal-eCall tinkludi ċentri telefoniċi, jew PSAPs (Ċentri li jwieġbu għas-Sejħiet relatati mas-Sikurezza Pubblika), li jirċievu u jittrattaw l-eCalls permezz tal-użu tan-numru uniku ta’ Emerġenza Ewropew 112.

Id-deċiżjoni tirrikonoxxi d-dritt ta’ kull pajjiż tal-UE li:

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw ukoll li:

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2014.

X’inhu l-eCall?

L-eCall awtomatikament iċempel 112 f’każ ta’ aċċident tat-traffiku serju u jittrażmetti l-post fejn tinsab il-vettura lis-servizzi tal-emerġenza. Is-sistema tista’ tiġi attivata wkoll manwalment.

L-eCalls għandhom iħaffu l-ħinijiet tar-rispons għall-emerġenza sa 60 % f’żoni urbani u sa 50 % f’dawk rurali, biex b’hekk isalvaw il-ħajja ta’ mijiet ta’ nies fl-Ewropa kull sena. Din ser tnaqqas ukoll is-severità tal-ġrieħi kkawżati minn aċċidenti tat-traffiku f’għexieren ta’ eluf ta’ każijiet u tnaqqas l-ispejjeż tal-konġestjoni tat-traffiku.

L-aċċidenti tat-traffiku fl-UE ikkawżaw 28 000 każ ta’ mewt u ħallew 1.5 miljun persuna midruba fl-2012.

Għal aktar informazzjoni

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Nru 585/2014/UE

23.6.2014

-

ĠU L 164 tat-3.6.2014, p. 6

ATTI RELATATI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall mmuntata fil-vettura u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (COM(2013) 316 final tat-13.6.2013)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UEtat-8 ta’ Settembru 2011 dwar appoġġ għal servizz ta’ sejħiet elettroniċi offrut madwar l-UE kollha fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika għat-trażmissjoni ta’ sejħiet tal-emerġenza bbażati fuq in-numru 112 minn sistemi mmuntati fil-vetturi (Sejħiet elettroniċi) (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46).

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1)

03.11.2014