Netwerk ferrovjarju uniku għall-Ewropa

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2012/34/EU li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2012/34/UE għandha l-għan li tiċċara r-regoli legali li japplikaw għas-settur ferrovjarju tal-Unjoni Ewropea (UE) sabiex:

Id-direttiva tgħaqqad u tħassar it-tliet direttivi mill-ewwel pakkett ferrovjarju tal-2001. Dawn id-direttivi jikkonċernaw:

Id-Direttiva (UE) 2016/2370 temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja.

PUNTI EWLENIN

Żieda fil-kwalità permezz tal-kompetizzjoni

Direttiva 2012/34/UE:

Il-maniġers tal-infrastruttura*

Servizzi domestiċi tal-passiġġieri

Kontroll regolatorju

Finanzjament tas-servizz ferrovjarju

L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għandhom iħejju strateġiji ta’ investiment fuq medda itwal ta’ żmien biex joffru aktar stabbiltà lill-maniġer tal-infrastruttura, (fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment u fl-ippjanar ta’ xogħlijiet), kif ukoll aktar ċertezza għall-investituri, sabiex jinkoraġġixxu kumpaniji biex jinvestu fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura. Dawn l-istrateġiji għandhom ikopru perjodu ta’ mill-inqas ħames (5) snin u dan il-perjodu għandu jkun jista’ jiġġedded.

Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ delega

Il-Kummissjoni Ewropea adottat serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jissupplimentaw id-Direttiva 2012/34/UE u jikkonċernaw dan li ġej.

Fl-2017, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni Delegata (UE) 2017/2075 li tissostitwixxi l-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE. Din tikkonċerna l-iskeda għall-proċess tal-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2012/34/KE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas-16 ta’ Ġunju 2015. Ir-regoli li hemm fid-direttiva jridu japplikaw mill-istess data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Maniġer tal-infrastruttura. Kwalunkwe korp jew ditta responsabbli għat-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiġdid ta’ infrastruttura ferrovjarja fuq network, u għall-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tagħha kif determinat minn Stat Membru bħala parti mill-politika ġenerali tiegħu dwar l-iżvilupp u l-finanzjament tal-infrastruttura tiegħu.
Funzjonijiet essenzjali. It-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ mogħdijiet tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni tad-disponibbiltà u l-allokazzjoni ta’ mogħdijiet ta’ ferroviji individwali; u l-imposti fuq l-infrastruttura, inkluż id-determinazzjoni u l-ġbir tal-imposti.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, pp. 32–77).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2012/34/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1795 tal-20 ta’ Novembru 2018 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji għall-applikazzjoni tat-test tal-bilanċ ekonomiku skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 21.11.2018, pp. 5–14).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU L 307, 23.11.2017, pp. 1–13).

Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/2075 tal-4 ta’ Settembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 295, 14.11.2017, pp. 69–73).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/545 tas-7 ta’ April 2016 dwar proċeduri u kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ ftehimiet qafas għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 94, 8.4.2016, pp. 1–11).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1100 tas-7 ta’ Lulju 2015 dwar l-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri fil-qafas tal-monitoraġġ tas-suq ferrovjarju (ĠU L 181, 9.7.2015, pp. 1–26).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta’ Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU L 148, 13.6.2015, pp. 17–22).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/171 tal-4 ta’ Frar 2015 dwar ċerti aspetti tal-proċedura ta’ liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji (ĠU L 29, 5.2.2015, pp. 3–10).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/10 tas-6 ta’ Jannar 2015 dwar kriterji għall-applikanti għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 870/2014 (ĠU L 3, 7.1.2015, pp. 34–36).

l-aħħar aġġornament 14.06.2024