Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji — l-iżgurar ta’ żona ferrovjarja sikura u interoperabbli

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) 2016/796 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-Aġenzija). L-Aġenzija għandha l-għan li:

Ir-Regolament huwa wieħed minn 3 atti leġiżlattivi li jkopru l-aspetti tekniċi tar-raba’ pakkett ferrovjarju li għandu l-għan li jagħti nifs ġdid lis-settur ferrovjarju u joffri servizz ta’ kwalità aħjar u aktar għażla lill-passiġġieri. Ir-Regolament jaħdem flimkien mar-Regolament dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-UE u d-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja.

PUNTI EWLENIN

L-objettivi ewlenin tal-Aġenzija għas-sistema ferrovjarja tal-UE huma:

Sikurezza ferrovjarja

L-Aġenzija għandha diversi kompiti fir-rigward tas-sikurezza ferrovjarja fosthom:

Interoperabbiltà

L-Aġenzija għandha għadd ta’ kompiti mfasslin biex itejbu l-interoperabbiltà billi jitnaqqsu l-ostakli tekniċi. Dawn jinkludu:

Regoli nazzjonali

L-Aġenzija għandha l-kompitu li tiżgura l-konformità tar-regoli nazzjonali mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza u l-interoperabbiltà ferrovjarja. B’mod partikolari, din għandha:

ERTMS

L-Aġenzija taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema biex tiżgura l-iżvilupp koordinat tal-ERTMS fl-UE, f’konformità mat-TSIs rilevanti.

Żona ferrovjarja unika Ewropea (SERA, Single European railway area)

L-Aġenzija għandha għadd ta’ kompiti relatati mal-monitoraġġ tas-SERA fosthom:

MINN META TAPPLIKA?

Din ilha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2016 (b’perjodu tranżitorju ta’ 3 snin għal kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-approvazzjoni ta’ tagħmir fil-ġenb tal-binarji tal-ERTMS ).

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Interoperabbiltà: il-kapaċità ta’ sistema ferrovjarja li tippermetti ċaqliq sikur u mingħajr interruzzjoni ta’ ferroviji li jkunu akkwistaw il-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 1-43)

ATTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 44-101)

Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, pp. 102-149)

l-aħħar aġġornament 22.11.2016