Reati tat-traffiku fit-triq — l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-pajjiżi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva (UE) 2015/413 — l-iskambju ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli sabiex titnaqqas l-impunità ta’ sewwieqa barranin li jwettqu reati tat-traffiku perikolużi billi tagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet tal-pulizija f’pajjiżi differenti tal-UE li jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jiġu identifikati t-trasgressuri.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tapplika għar-reati segwenti:

Kull pajjiż irid jagħti l-aċċess għad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi nazzjonali tiegħu lil kwalunkwe pajjiż ieħor li jkun qed jinvestiga reat imwettaq fit-toroq tiegħu, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw il-vetturi u s-sidien jew l-utenti tagħhom.

Jekk il-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat jiddeċiedi li jieħu azzjoni ulterjuri, irid jinnotifika lit-trasgressur potenzjali u jinfurmah dwar il-konsegwenzi legali, f’ittra li tiddikjara:

Biex iwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ dan l-arranġament, kull pajjiż irid jibgħat rapport lill-Kummissjoni sa Mejju 2016 u kull sentejn wara dik id-data, bid-dettalji tat-tfittxijiet magħmula u tan-numru ta’ ittri ta’ notifika mibgħuta sussegwentement.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fis-.

Din kellha tiġi inkorporata fid-dritt nazzjonali sas-. Din l-iskadenza ġiet posposta għas- għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (1).

SFOND

Id-Direttiva preċedenti dwar din il-kwistjoni, jiġifieri d-Direttiva 2011/82/UE, ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fl-2014 minħabba li kellha l-bażi legali żbaljata.

ATT

Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, , p. 9–25)

l-aħħar aġġornament

(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-.