Il-logħob tal-azzard onlajn: il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-lagħaba u t-tfal

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jadottaw prinċipji għal dawn is-servizzi u għar-reklamar u l-isponsorjar tagħhom. Dawn għandhom jipproteġu lill-persuni mill-ħsara li tista’ tirriżulta mil-logħob tal-azzard eċċessiv jew kompulsiv kemm għal saħħithom kif ukoll għas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE tal-14 ta’ Lulju 2014 dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn. (ĠU L 214 tad-19.7.2014, p. 38)

SOMMARJU

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jadottaw prinċipji għal dawn is-servizzi u għar-reklamar u l-isponsorjar tagħhom. Dawn għandhom jipproteġu lill-persuni mill-ħsara li tista’ tirriżulta mil-logħob tal-azzard eċċessiv jew kompulsiv kemm għal saħħithom kif ukoll għas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

X’TAGĦMEL DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tipproteġi lill-konsumaturi, lil-lagħaba u lit-tfal mir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard onlajn. Tfittex li timmobilizza lill-pajjiżi tal-UE u, permezz tagħhom lil partijiet oħrajn bħall-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn, biex jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom u jiżguraw standards għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumaturi f’dan is-settur li qed jikber malajr.

PUNTI EWLENIN

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

Minorenni u tfal

Proċess ta’ reġistrazzjoni

Appoġġ għal-lagħaba

Reklamar/promozzjoni

META TAPPLIKA R-RAKKOMANDAZZJONI?

Ir-Rakkomandazzjoni ġiet adottata fl-14 ta’ Lulju 2014. Il-pajjiżi tal-UE huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura li jieħdu skont ir-rakkomandazzjoni sad-19 ta’ Jannar 2016. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tagħha sad-19 ta’ Jannar 2017.

SFOND

Il-logħob tal-azzard onlajn fl-UE huwa suġġett għal varjetà ta’ regoli nazzjonali (jew xi kultant l-ebda regola). Minħabba li l-pajjiżi tal-UE jiffaċċjaw sfidi simili u l-logħob tal-azzard spiss ikollu dimensjoni transkonfinali, jagħmel sens li l-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod kollettiv fil-livell tal-UE. Fl-2012, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn fejn tħabbret din ir-rakkomandazzjoni.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern tal-Kummissjoni Ewropea.

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online (COM(2012) 596 finali tat-23.10.2012).

l-aħħar aġġornament 03.11.2014