Azzjonijiet biex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/61/UE dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Il-pilastri ewlenin tad-Direttiva huma kif ġej:

  1. L-aċċess għal infrastruttura fiżika eżistenti
    • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-networks1 (it-telekomunikazzjoni, kif ukoll l-enerġija, it-trasport u l-ilma) jagħtu lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni aċċess għall-infrastruttura fiżika tagħhom.
    • L-operaturi tan-networks huma meħtieġa li jagħtu aċċess għall-infrastruttura fiżika tagħhom, abbażi ta’ termini u kundizzjonijiet raġonevoli, inkluż il-prezz.
  2. Il-koordinazzjoni ta’ xogħlijiet ċivili
    • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-networks jinnegozjaw ftehimiet mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni sabiex jikkoordinaw ix-xogħlijiet ċivili.
    • Jekk dan ix-xogħol ikun iffinanzjat mill-fondi pubbliċi, l-operaturi tan-networks għandhom jissodisfaw kull talba raġonevoli u f’waqtha għall-koordinazzjoni sakemm din ma tinvolvi l-ebda spiża addizzjonali u ma timpedixxix il-kontroll tal-koordinazzjoni. Dan jimplika li kwalunkwe spiża inkrementali assoċjata mal-koinstallazzjoni għandha tiġi rkuprata, inkella t-talba tista’ tiġi miċħuda.
    • Għan-negozjar ta’ ftehim dwar il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili, il-pajjiżi tal-UE għandhom jesiġu li kull operatur tan-network jagħmel disponibbli, fuq talba ta’ fornitur ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni, ċerta informazzjoni minima dwar xogħlijiet ċivili li jkunu għaddejjin jew ippjanati: (a) il-post u t-tip ta’ xogħlijiet; (b) l-elementi tan-network involuti; (c) id-data stmata għall-bidu tax-xogħlijiet u t-tul ta’ żmien tagħhom; u (d) punt ta’ kuntatt.
  3. It-trasparenza

    Sabiex itejbu l-proċess tal-installazzjoni, il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-impriżi li jinstallaw l-ECN ikollhom aċċess għal ammont minimu ta’ informazzjoni dwar l-infrastruttura fiżika eżistenti, bħal:

    • il-post u r-rotta,
    • it-tip/l-użu tal-infrastruttura,
    • punt ta’ kuntatt.

L-għoti ta’ tali informazzjoni se jiżgura li l-ispejjeż ta’ dawn il-proġetti jinżammu baxxi kemm jista’ jkun (pereżempju billi tiġi aċċessata infrastruttura fiżika li diġà teżisti u billi jiġu kkoordinati x-xogħlijiet tal-inġinerija). L-aċċess għal din l-informazzjoni minima jista’ jkun limitat għar-raġunijiet li ġejjin:

L-għoti ta’ permessi

Bini lest biex jiġu installati networks ta’ veloċità kbira

Proċeduri barra l-qorti

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimplimentaw proċeduri barra l-qorti għar-riżoluzzjoni f’waqtha tat-tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva.

Penali

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-miżuri nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-penali pprovduti għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati, u dissważivi.

Rakkomandazzjoni dwar sett ta’ għodod biex jgħin fl-irkupru ekonomiku mill-kriżi tal-COVID-19

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjoni li tipprovdi gwida lill-pajjiżi tal-UE dwar kif jiżviluppaw u jaqblu, sat-, dwar sett ta’ għodod tal-aħjar prattiki komuni biex jiffaċilitaw l-installazzjoni ta’ networks fissi u bla fili ta’ kapaċità kbira ħafna billi jneħħu l-ostakli amministrattivi mhux meħtieġa, u permezz tal-assenjament koordinat tal-ispettru tar-radju għan-networks tal-ħames ġenerazzjoni (5G) taħt kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment, b’mod partikolari għall-każijiet industrijali transfruntiera. Konsegwentement, il-pajjiżi tal-UE għandhom jikkomunikaw pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni () lill-Kummissjoni u għandhom jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod ().

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal- u r-regoli kellhom jiġu applikati sa mill-.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrevedi din id-Direttiva, kif tħabbar fil-Komunikazzjoni dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Operaturi tan-networks: fornituri ta’ networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni iżda wkoll ta’ utilitajiet, kemm jekk għall-enerġija, it-tisħin pubbliku, l-ilma, l-ilma mormi jew it-trasport.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, , pp. 1-14)

l-aħħar aġġornament