Kumitati xjentifiċi tal-UE dwar is-sikurezza tal-konsumatur (SCCS) u dwar riskji tas-saħħa, ambjentali u emerġenti (SCHEER)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5383 dwar l-istabbiliment ta' kumitati xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-konsumatur u l-ambjent
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?
Id-deċiżjoni tistabbilixxi żewġ kumitati xjentifiċi dwar is-sikurezza tal-konsumatur u dwar riskji tas-saħħa, ambjentali u emerġenti biex jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea b’pariri xjentifiċi u valutazzjoni tar-riskji f’dawk l-oqsma.
PUNTI EWLENIN
Rwol
Ir-rwol tal-kumitati huwa:
-
li jipprovdu opinjonijiet xjentifiċi dwar il-valutazzjoni tar-riskji fil-każijiet stabbiliti mil-liġi tal-UE;
-
fuq talba, li jipprovdu pariri xjentifiċi lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ relevenza partikolari għas-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-konsumatur u riskji ambjentali;
-
fuq stedina, li jidentifikaw il-ħtiġijiet tar-riċerka biex jindirizzaw lakuni kritiċi ta’ informazzjoni, jevalwaw ir-riċerka futura proposta u jevalwaw riżultati ta’ riċerka fir-rigward ta’ oqsma ta' suġġetti fid-dominji tagħhom;
-
li jipprovdu pariri rapidi b'rabta mar-riskji dwar l-istat tal-għarfien xjentifiku għal dak li jikkonċerna riskji speċifiċi fil-każ li jkunu urġenti;
-
li jkunu parti minn netwerks jew attivitajiet tematiċi ma’ korpi oħra tal-UE jew organizzazzjonijiet xjentifiċi sabiex iwettqu monitoraġġ u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom;
-
li jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tas-servizzi tagħha, permezz ta’ memoranda u stqarrijiet tal-pożizzjoni, lejn problema speċifika jew emerġenti li l-kumitati jikkunsidraw li tista’ tkun ta’ riskju attwali jew potenzjali għas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika jew l-ambjent;
-
li jadottaw il-metodoloġija tagħhom biex iwettqu u jipprovdu valutazzjoni tar-riskji u jissorveljawha biex jirriflettu l-fatturi xjentifiċi relevanti kollha, kif ukoll jiżguraw li tkun tirrifletti l-prattiki tal-valutazzjoni tar-riskji attwali.
Mandat
-
Il-membri tal-kumitati jiġu maħtura għal mandat ta’ ħames snin.
-
Huma jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew il-ħatra tagħhom tiġi mġedda.
Indipendenza
-
Il-membri u l-esperti esterni għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess tal-pubbliku.
-
Il-membri huma nnominati f’kapaċità personali; ma jistgħux jiddelegaw ir-responsabilitajiet lil persuna oħra.
-
Id-dikjarazzjonijiet ta’ interess għandhom isiru qabel il-ħatra u mbagħad kull sena.
-
Il-membri u l-esperti esterni għandhom jiddikjaraw f’kull laqgħa kwalunkwe interess speċifiku li jista’ jikkomprometti l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-punti fuq l-aġenda.
Trasparenza
-
Id-dokumenti kollha relevanti, bħal aġendi, minuti u sottomisjonijiet tal-parteċipanti, għandhom jiġu ppubblikati fuq sit elettroniku apposta.
-
Għandu jiġi pprovdut ukoll link mir-reġistru ta’ gruppi esperti għal dan is-sit elettroniku.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENT EWLIENI
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Awissu 2015 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-konsumatur u l-ambjent (C(2015) 5383 final, 7.8.2015)
l-aħħar aġġornament 23.01.2017