Aċċess għal u preservazzjoni ta' informazzjoni xjentifika
Proposti sabiex jissaħħaħ l-aċċess għal u l-preservazzjoni ta' informazzjoni xjentifka għandhom l-għan li jagħtu liċ-ċittadini aċċess aktar veloċi u aħjar għall-benefiċċji ta' skoperti xjentifiċi.
ATT
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2012 dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tagħha (2012/417/UE).
SOMMARJU
F'Lulju 2012, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet modi għall-pajjiżi tal-UE sabiex itejbu l-aċċess għal informazzjoni xjentifika prodotta fl-UE. Aċċess usa' u aktar veloċi għal dokumenti xjentifiċi u dejta xjentifika jagħmilha aktar faċli għar-riċerkaturi u għan-negozji sabiex jibnu fuq is-sejbiet ta' riċerka ffinanzjata pubblikament. L-idea hawnhekk hija li dan għandu jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni Ewropa u jagħti liċ-ċittadini aċċess aktar veloċi għall-benefiċċji tal-iskoperti xjentifiċi.
Politiki b'aċċess miftuħ għandhom l-għan li jipprovdu lill-qarrejja b'aċċess għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi evalwati bejn il-pari u għal dejta ta' riċerka bla ħlas minn kmieni kemm jista' jkun fil-proċess ta' disseminazzjoni u jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika.
Aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet
Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri tal-UE jiddefinixxu politiki ċari sabiex jiżguraw id-disseminazzjoni ta' u aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata pubblikament.
Miri ta' dawn il-politiki jinkludu:
Il-preservazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni xjentifika
Il-Kummissjoni għandha wkoll varjetà ta' proposti relatati mal-preservazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni xjentifika. Dawn jinkludu l-iżgurar tal-preservazzjoni għal żmien twil tar-riżultati ta' riċerki, l-iżgurar li jkun hemm fis-seħħ sistema effettiva ta' depożiti għal informazzjoni xjentifika elettronika u l-preservazzjoni tal-ħardwer u softwer meħtieġ għall-qari tal-informazzjoni fil-futur jew billi ssir migrazzjoni tal-informazzjoni għal ambjenti ġodda ta' softwer u ħardwer fuq bażi regolari.
E-infrastrutturi
Il-Kummissjoni ħarġet ukoll b'sett ta' rakkomandazzjonijiet għal aktar żvilupp ta' e-infrastrutturi sabiex tiffaċilita l-fluss ta' informazzjoni xjentifika. Waħda minn dawn hija l-appoġġ għall-iżvilupp u t-taħriġ ta' koorti ġodda ta' esperti tax-xjenza komputazzjonali intensiva mil-lat ta' dejta, inkluż speċjalisti tad-dejta, teknixins u maniġers tad-dejta.
Il-Kummissjoni tissuġġerixxi wkoll li l-Istati Membri tal-UE jaħtru punt nazzjonali ta' referenza sabiex:
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
L-iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/417/UE |
- |
- |
ĠU L 194 of 21.7.2012 |
DOKUMENTI RELATATI
Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni: Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkompanja d-dokument Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal u preservazzjoni ta' informazzjoni xjentifika (SWD(2012)221 finali tas-17.7.2012).
Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni: Valutazzjoni tal-impatt li takkompanja d-dokument. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għal u l-preservazzjoni ta' informazzjoni xjentifika fl-era diġitali (SWD(2012)222 tas-17.7.2012).
l-aħħar aġġornament 17.03.2014