Politika tal-UE għar-reġjun tal-Artiku

It-tibdil fil-klima mkien ma huwa iktar viżibbli milli hu fir-reġjun tal-Artiku. Huwa mbassar li l-Oċean Artiku se jkollu sajf kważi mingħajr silġ fi żmien it-30 jew l-40 sena li jmiss. L-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata sabiex tipproteġi l-ambjent u tiġġieled it-tibdil fil-klima f’dan ir-reġjun.

ATT

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-iżvilupp ta’ Politika tal-Unjoni Ewropea rigward ir-Reġjun Artiku: il-progress mill-2008 u l-passi li jmiss (JOIN(2012) 19 final tas-26 ta’ Ġunju 2012).

SOMMARJU

It-tibdil fil-klima mkien ma huwa iktar viżibbli milli hu fir-reġjun tal-Artiku. Huwa mbassar li l-Oċean Artiku se jkollu sajf kważi mingħajr silġ fi żmien it-30 jew l-40 sena li jmiss. L-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata sabiex tipproteġi l-ambjent u tiġġieled it-tibdil fil-klima f’dan ir-reġjun.

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA?

Il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (KK) turi l-azzjoni ta’ protezzjoni ambjentali tal-UE f’dan ir-reġjun. Din tippromwovi iktar investiment tal-UE fl-iżvilupp globali u sostenibbli.

PUNTI EWLENIN

Fl-2008, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Komunikazzjoni dwar ir-Reġjun tal-Artiku li pproponiet politika tal-UE dwar l-Artiku bi tliet objettivi prinċipali:

Il-komunikazzjoni konġunta tal-2012 tirrevedi l-kontribut tal-UE għall-Artiku mill-2008 s'issa. Din twitti t-triq għall-involviment futur tal-UE fl-Artiku sabiex l-isfidi tal-protezzjoni tal-ambjent u l-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli jiġu indirizzati b’mod konġunt.

Reġjun strateġiku

L-Artiku huwa żona ta’ importanza strateġika li dejjem qed tikber. Il-pajsaġġ tiegħu li għaddej minn bidla qed jiftaħ korsiji ġodda tat-trasport u l-użu tar-riżorsi naturali u minerali, bħaż-żejt u l-gass. Ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana, li testendi mill-Ewropa għall-Asja, tista’ tnaqqas il-ħin li jieħdu l-bastimenti tal-merkanzija biex jivvjaġġaw bejn il-Paċifiku u l-Atlantiku b’terz.

Filwaqt li dan se jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija reġjonali u globali, se jkollu wkoll riperkussjonijiet fuq l-ambjent fraġli tal-Artiku. Għalhekk il-KK tipproponi politika tal-UE ġdida dwar l-Artiku li tiffoka fuq tliet oqsma:

Appoġġ tal-UE

Sa mill-2008, l-UE pprovdiet iktar minn EUR 1.14 biljun fl-iżvilupp tal-potenzjal ekonomiku, soċjali u ambjentali tar-reġjuni tal-UE tal-Artiku (id-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja). Il-Fondi Strutturali tal-UE għamlu investiment sostanzjali fl-iżvilupp tar-reġjun tal-Artiku b’inizjattivi bħas-subprogramm Sápmi sabiex jappoġġa l-iżvilupp kulturali u industrijali tal-popolazzjoni Sami.

L-UE kkontribwixxiet ukoll madwar EUR 200 miljun għar-riċerka internazzjonali fl-Artiku. Hija wkoll il-kontributur ewlieni għall-Fond ta’ Sostenn għas-Sħubija Ambjentali tad-Dimensjoni tat-Tramuntana (NDEP) li tappoġġa proġetti fir-reġjun ta’ Barents fl-Artiku.

Kooperazzjoni internazzjonali

L-għanijiet iddikjarati tal-UE għandhom jappoġġaw l-isforz internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bl-użu ta’ sorsi alternattivi tal-enerġija u riċerka.

L-Istati tal-Artiku jikkooperaw abbażi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar. Il-Kunsill tal-Artiku qed juri ruħu bħala l-korp reġjonali ewlieni li fih huma rrappreżentati l-pajjiżi kollha tal-Artiku (il-Kanada, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, ir-Russja, l-Iżvezja u l-Istati Uniti), kif ukoll il-popli indiġeni.

SFOND

L-UE hija destinazzjoni ewlenija ta’ riżorsi (idrokarburi u materja prima) u prodotti (bħal ħut) mir-reġjun tal-Artiku. Il-politiki u l-leġiżlazzjoni tagħha b'hekk għandhom implikazzjonijiet importanti għall-gvernijiet tal-Artiku, in-negozju u l-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni ara l-l-Politika tal-UE dwar l-Artiku fuq il-websajt tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

TERMINI EWLENIN

Ekoturiżmu: ivvjaġġar responsabbli f’żoni naturali li jikkonserva l-ambjent u jtejjeb il-benesseri tal-popolazzjoni lokali (definizzjoni tas-Soċjetà Internazzjonali għall-Ekoturiżmu).

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-Unjoni Ewropea u r-reġjun tal-artiku (KUMM (2008) 763 finali tal-20 ta’ Novembru 2008).

Dokument ta’ ħidma tal-Persunal Konġunt - L-inventarju ta’ attivitajiet fil-qasam tal-iżvilupp ta’ Politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Artiku li jakkumpanja d-dokument Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-iżvilupp ta’ Politika tal-Unjoni Ewropea rigward ir-Reġjun Artiku: il-progress mill-2008 u l-passi li jmiss (SWD(2012) 182 final tas-26 ta’ Ġunju 2012).

Dokument ta’ ħidma tal-Persunal Konġunt - L-Ispazju u l-Artiku li jakkumpanja d-dokument Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - L-iżvilupp ta’ Politika tal-Unjoni Ewropea rigward ir-Reġjun Artiku: il-progress mill-2008 u l-passi li jmiss (SWD(2012) 183 final tas-26 ta’ Ġunju 2012).

l-aħħar aġġornament 18.07.2015